+Artikolu 25 Teħid lura meta vjeġġ ikun illegali
---+Artikolu 25 1.
---+Artikolu 25 2.
---+Artikolu 25 3.
---+Artikolu 25 4.
---+Artikolu 25 5.
---+Artikolu 25 6.
---+Artikolu 25 7.
---+Artikolu 25 8.
---+Artikolu 25 9.
---+Artikolu 25 10.
---+Artikolu 25 11.
---+Artikolu 25 12.
---+Artikolu 25 13.
---+Artikolu 25 14.
---+Artikolu 25 15.

Artikolu 25 Teħid lura meta vjeġġ ikun illegali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 25 1.
Meta awtorità kompetenti tiskopri vjeġġ li hija tqis li huwa vjeġġ illegali, din għandha tinforma minnufih lill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn ikkonċernati.
Artikolu 25 2.

Meta r-responsabbiltà għal vjeġġ illegali tista’ tiġi imputata lin-notifikatur, l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ għandha tiżgura li l-iskart jittieħed lura:

(a) 

min-notifikatur jew, meta rilevanti, minn persuna meqjusa li hija n-notifikatur f’konformità mal-paragrafu 6 jew 7, sabiex isiru arranġamenti għar-rimi jew l-irkupru tiegħu; jew jekk dak ma jkunx prattikabbli, f’konformità mal-punt (c) ta’ dan il-paragrafu; jew jekk ma tkun ġiet sottomessa l-ebda notifika, f’konformità mal-punt (b) ta’ dan il-paragrafu;

(b) 

minn persuna meqjusa li hija n-notifikatur f’konformità mal-Artikolu 3, il-punt (6), jew, meta rilevanti, minn persuna meqjusa li hija n-notifikatur f’konformità mal-paragrafu 6 jew 7; sabiex isiru arranġamenti għar-rimi jew l-irkupru tiegħu; jew jekk dak ma jkunx prattikabbli, f’konformità mal-punt (c) ta’ dan il-paragrafu;

(c) 

mill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ innifisha jew minn persuna fiżika jew ġuridika f’isimha sabiex torganizza r-rimi jew l-irkupru tiegħu.

Artikolu 25 3.

L-obbligu ta’ teħid lura stabbilit fil-paragrafu 2 ma għandux japplika jekk l-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ, tat-tranżitu u tad-destinazzjoni kkonċernati u, meta rilevanti, in-notifikatur jew il-persuna meqjusa li hija n-notifikatur, jaqblu u jkunu sodisfatti li l-iskart jista’ jiġi:

(a) 

rkuprat jew mormi b’mod alternattiv fil-pajjiż tad-destinazzjoni, tat-tranżitu jew tad-dispaċċ min-notifikatur jew, meta rilevanti, minn persuna meqjusa li hija n-notifikatur f’konformità mal-paragrafu 6 jew 7, jew, jekk dak ma jkunx prattikabbli mill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ innifisha jew minn persuna fiżika jew ġuridika f’isimha; jew, jekk dak ma jkunx prattikabbli, f’konformità mal-punt (b);

(b) 

rkuprat jew mormi b’mod alternattiv f’pajjiż ieħor min-notifikatur jew, meta rilevanti, minn persuna meqjusa li hija n-notifikatur f’konformità mal-paragrafu 6 jew 7, jew, jekk dak ma jkunx prattikabbli mill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ innifisha jew minn persuna fiżika jew ġuridika f’isimha jekk l-awtoritajiet kompetenti kollha kkonċernati jaqblu.

Fil-każ ta’ esportazzjoni jew importazzjoni, rkupru jew rimi b’mod alternattiv kif miftiehem skont l-ewwel subparagrafu għandhom iseħħu biss jekk it-teħid lura f’konformità mal-paragrafu 2 ma jkunx prattikabbli.

Artikolu 25 4.
Fil-każ ta’ rkupru jew rimi b’mod alternattiv kif imsemmi fil-paragrafu 3, in-notifikatur, jew, meta rilevanti, il-persuna meqjusa li hija n-notifikatur f’konformità mal-paragrafu 6 jew 7, jew, jekk dan ma jkunx prattikabbli, l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ jew il-persuna fiżika jew ġuridika f’isimha, għandhom jiżguraw li l-iskart ikkonċernat jiġi mmaniġġjat b’mod li jħares l-ambjent f’konformità mal-Artikolu 59.
Artikolu 25 5.
It-teħid lura, l-irkupru jew ir-rimi msemmija fil-paragrafi 2 u 3 għandhom iseħħu fi żmien 30 jum, jew f’tali perjodu ieħor kif jista’ jiġi maqbul bejn l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, wara d-data li fiha l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ issir taf, jew tkun ġiet avżata mill-awtoritajiet kompetenti tad-destinazzjoni jew tat-tranżitu dwar il-vjeġġ illegali u tkun ġiet infurmata bir-raġunijiet għal dan. Tali parir jista’ jirriżulta minn informazzjoni sottomessa lill-awtoritajiet kompetenti tad-destinazzjoni jew tat-tranżitu, fost l-oħrajn, mingħand awtoritajiet kompetenti oħra.

Fil-każ ta’ teħid lura kif imsemmi fil-paragrafu 2, il-punti (a), (b) u (c), għandha tiġi sottomessa notifika ġdida, sakemm l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati ma jaqblux li tkun biżżejjed talba debitament motivata mill-awtorità kompetenti inizjali tad-dispaċċ.

Jekk tkun meħtieġa notifika ġdida, din għandha tiġi sottomessa mill-persuna jew mill-awtorità determinata f’konformità mal-paragrafu 2.

L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jopponu jew joġġezzjonaw ir-ritorn ta’ skart minn vjeġġ illegali. Fil-każ ta’ rkupru jew rimi b’mod alternattiv kif imsemmi fil-paragrafu 3, imwettaq barra mill-pajjiż fejn ikun ġie skopert il-vjeġġ illegali, għandha tiġi sottomessa notifika ġdida mill-persuna jew l-awtorità elenkata f’dak il-paragrafu u f’konformità mal-ordni indikat fih.

L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jikkooperaw, kif meħtieġ, biex jiżguraw li l-iskart jittieħed lura jew jiġi rkuprat jew mormi b’mod alternattiv kif imsemmi fil-paragrafi 2 u 3.

Artikolu 25 6.
Meta notifikatur speċifikat fl-Artikolu 3, il-punt (6)(a)(iv), jonqos milli jwettaq xi wieħed mill-obbligi ta’ teħid lura stabbiliti f’dan l-Artikolu jew fl-Artikolu 26, il-produttur oriġinali tal-iskart, il-produttur il-ġdid tal-iskart jew il-kollettur speċifikat fl-Artikolu 3, il-punt (6)(a)(i), (ii) jew (iii), rispettivament, li awtorizza lin-negozjant jew lis-sensar biex jaġixxi f’ismu għandu jitqies li huwa n-notifikatur għall-finijiet ta’ dawk l-obbligi ta’ teħid lura.
Artikolu 25 7.
Meta notifikatur speċifikat fl-Artikolu 3, il-punt (6)(a)(i), (ii) jew (iii), jonqos milli jwettaq kwalunkwe obbligu minn dawk stabbiliti f’dan l-Artikolu u fl-Artikolu 26, id-detentur tal-iskart kif speċifikat fl-Artikolu 3, il-punt (6)(a)(v), għandu jitqies li huwa n-notifikatur għall-finijiet ta’ dawk l-obbligi ta’ teħid lura.
Artikolu 25 8.

Meta r-responsabbiltà għal vjeġġ illegali tista’ tiġi imputata lid-destinatarju, l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni għandha tiżgura li l-iskart jiġi rkuprat jew mormi b’mod li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent:

(a) 

mid-destinatarju; jew, jekk dak ma jkunx prattikabbli, f’konformità mal-punt (b);

(b) 

mill-awtorità kompetenti nnifisha jew minn persuna fiżika jew ġuridika f’isimha.

L-irkupru jew ir-rimi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom iseħħu fi żmien 30 jum, jew f’tali perjodu ieħor kif jista’ jiġi maqbul bejn l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, wara d-data li fiha l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni ssir taf jew tkun ġiet avżata mill-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ jew tat-tranżitu, dwar il-vjeġġ illegali u tkun ġiet infurmata bir-raġunijiet għal dan. Tali parir jista’ jirriżulta minn informazzjoni sottomessa lill-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ u tat-tranżitu, fost l-oħrajn, mingħand awtoritajiet kompetenti oħra.

L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jikkooperaw, kif meħtieġ, fl-irkupru jew fir-rimi tal-iskart f’konformità ma’ dan il-paragrafu.

Artikolu 25 9.
Jekk ma tkun meħtieġa l-ebda notifika ġdida, għandu jiġi kkompletat dokument ta’ moviment ġdid f’konformità mal-Artikoli 15 jew 16 mill-persuna responsabbli għat-teħid lura jew, jekk dak ma jkunx prattikabbli, mill-awtorità kompetenti inizjali tad-dispaċċ.

Meta tiġi sottomessa notifika ġdida mill-awtorità kompetenti inizjali tad-dispaċċ, li twettaq it-teħid lura f’konformità mal-paragrafu 2, il-punt (c), ma għandhiex tkun meħtieġa garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti ġdida.

Artikolu 25 10.
F’każijiet meta r-responsabbiltà għall-vjeġġ illegali ma tkunx tista’ tiġi imputata lin-notifikatur jew lid-destinatarju, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jikkooperaw biex jiżguraw li l-iskart jiġi rkuprat jew mormi.
Artikolu 25 11.
Meta jiġi skopert vjeġġ illegali wara t-tlestija tal-operazzjoni ta’ rkupru jew ta’ rimi interim kif imsemmi fl-Artikolu 7(6), l-obbligu tal-pajjiż tad-dispaċċ li jieħu l-iskart lura jew jagħmel l-arranġamenti għal irkupru jew rimi b’mod alternattiv għandu jintemm meta l-faċilità tkun ħarġet iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 15(4).

Meta faċilità toħroġ ċertifikat ta’ rkupru jew ta’ rimi b’tali mod li jirriżulta fi vjeġġ illegali, bil-konsegwenza li tiġi rilaxxata l-garanzija finanzjarja jew l-assigurazzjoni ekwivalenti, għandhom japplikaw il-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 26(2).

Artikolu 25 12.
Meta l-iskart minn vjeġġ illegali jiġi skopert fi Stat Membru, l-awtorità kompetenti b’ġuriżdizzjoni fuq iż-żona fejn ġie skopert l-iskart għandha tkun responsabbli sabiex tiżgura li jsiru arranġamenti għall-ħżin sikur tal-iskart sakemm isir ir-ritorn jew l-irkupru mhux interim jew ir-rimi mhux interim tiegħu b’mod alternattiv.
Artikolu 25 13.
L-Artikoli 37, 39, u 40 u kwalunkwe projbizzjoni ta’ esportazzjoni li jkun hemm f’ att delegat kif imsemmi fl-Artikolu 45(6) ma għandhomx japplikaw f’każijiet meta vjeġġi illegali jiġu rritornati lejn il-pajjiż tad-dispaċċ u dak il-pajjiż tad-dispaċċ ikun pajjiż kopert mill-projbizzjonijiet stabbiliti f’dawk id-dispożizzjonijiet.
Artikolu 25 14.
Jekk vjeġġ tal-iskart imsemmi fl-Artikolu 4(4) jew (5) jitqies li huwa vjeġġ illegali, dan l-Artikolu għandu japplika mutatis mutandis għall-persuna li torganizza l-vjeġġ u għall-awtoritajiet kompetenti kkonċernati.
Artikolu 25 15.
Dan l-Artikolu għandu japplika mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Unjoni u dak nazzjonali dwar ir-responsabbiltà.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit