|
+Artikolu 25 8. |
Artikolu 25 8.Meta r-responsabbiltà għal vjeġġ illegali tista’ tiġi imputata lid-destinatarju, l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni għandha tiżgura li l-iskart jiġi rkuprat jew mormi b’mod li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent:
(a)
mid-destinatarju; jew, jekk dak ma jkunx prattikabbli, f’konformità mal-punt (b);
(b)
mill-awtorità kompetenti nnifisha jew minn persuna fiżika jew ġuridika f’isimha. L-irkupru jew ir-rimi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom iseħħu fi żmien 30 jum, jew f’tali perjodu ieħor kif jista’ jiġi maqbul bejn l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, wara d-data li fiha l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni ssir taf jew tkun ġiet avżata mill-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ jew tat-tranżitu, dwar il-vjeġġ illegali u tkun ġiet infurmata bir-raġunijiet għal dan. Tali parir jista’ jirriżulta minn informazzjoni sottomessa lill-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ u tat-tranżitu, fost l-oħrajn, mingħand awtoritajiet kompetenti oħra. L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jikkooperaw, kif meħtieġ, fl-irkupru jew fir-rimi tal-iskart f’konformità ma’ dan il-paragrafu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|