|
+Artikolu 27 3. |
Artikolu 27 3.Il-Kummissjoni għandha tħaddem sistema ċentrali li tippermetti s-sottomissjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni u ta’ dokumenti b’mezzi elettroniċi msemmija fil-paragrafu 1. Dik is-sistema ċentrali għandha tipprovdi hub li għandu jintuża għall-iskambju f’ħin reali tal-informazzjoni u tad-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1 bejn is-sistemi jew is-software disponibbli għall-iskambju tad-data b’mezzi elettroniċi. Il-hub imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jintuża wkoll għall-iskambju f’ħin reali ta’ informazzjoni u dokumenti kif imsemmi fil-paragrafu 1 għal vjeġġi fl-Unjoni bi tranżitu tramite pajjiżi terzi, esportazzjoni mill-Unjoni, importazzjoni fl-Unjoni u tranżitu tramite l-Unjoni, fejn l-awtoritajiet kompetenti, l-uffiċċji doganali tal-esportazzjoni, tal-ħruġ u tad-dħul, l-awtoritajiet involuti fl-ispezzjonijiet u l-operaturi ekonomiċi f’pajjiżi terzi jikkonnettjaw ma’ dak il-hub permezz ta’ sistema jew software disponibbli, f’liema każ il-paragrafu 4 għandu japplika mutatis mutandis, jew permezz tas-sit web imsemmi fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Dik is-sistema ċentrali għandha tipprovdi wkoll sit web għat-tħejjija u l-ipproċessar tal-informazzjoni u d-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1 għal vjeġġi fl-Unjoni, għal vjeġġi fl-Unjoni bi tranżitu tramite pajjiżi terzi, li jesportaw mill-Unjoni, li jimportaw fl-Unjoni u li jkollhom tranżitu tramite l-Unjoni. Tali sit web jista’ jintuża wkoll mill-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet involuti fl-ispezzjonijiet u l-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri u fil-pajjiżi terzi li ma jużawx sistemi jew software għall-iskambju tad-data b’mezzi elettroniċi, sabiex jissottomettu u jiskambjaw direttament, b’mezzi elettroniċi, l-informazzjoni u d-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1. Is-software msemmi fl-ewwel, fit-tieni u fit-tielet subparagrafi għandu jkun interoperabbli mas-sistema ċentrali msemmija fil-paragrafu 3, jiskambja informazzjoni u dokumenti permezz ta’ dik is-sistema ċentrali f’ħin reali u jitħaddem f’konformità mar-rekwiżiti u r-regoli stabbiliti fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 5. Is-sistema ċentrali għandha tiffaċilita ż-żamma tad-dokumenti f’konformità mal-Artikolu 20. Dik is-sistema ċentrali għandha tipprevedi wkoll l-interoperabbiltà tagħha mal-ambjent għall-informazzjoni elettronika dwar it-trasport tal-merkanzija stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2020/1056. Fi żmien erba’ snin mill-adozzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 5, il-Kummissjoni għandha tiżgura l-interkonnessjoni ta’ dik is-sistema ċentrali mal-Ambjent ta’ Tieqa Unika tal-Unjoni Ewropea għad-Dwana permezz tas-Sistema ta’ Skambju ta’ Ċertifikati tat-Tieqa Unika tal-Unjoni Ewropea għad-Dwana stabbilita permezz tar-Regolament (UE) 2022/2399. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|