+Artikolu 29 Kwistjonijiet ta’ klassifikazzjoni
---+Artikolu 29 1.
---+Artikolu 29 2.
---+Artikolu 29 3.
---+Artikolu 29 4.
---+Artikolu 29 5.
---+Artikolu 29 6.
---+Artikolu 29 7.

Artikolu 29 Kwistjonijiet ta’ klassifikazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 29 1.
Meta jiddeċiedu jekk oġġett jew sustanza, li jirriżultaw minn proċess ta’ produzzjoni li l-għan primarju tiegħu mhuwiex il-produzzjoni ta’ dak l-oġġett jew dik is-sustanza, għandhomx jitqiesu bħala skart, l-Istati Membri għandhom japplikaw l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2008/98/KE.

Meta jiddeċiedu jekk l-iskart li jkun għadda minn operazzjoni ta’ riċiklaġġ jew irkupru ieħor iridx jitqies li ma għadux skart, l-Istati Membri għandhom japplikaw l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2008/98/KE.

Meta jiddeċiedu jekk oġġett jew sustanza jridux jitqiesu bħala oġġett użat u mhux bħala skart, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li mill-inqas jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-użu ulterjuri jew l-użu mill-ġdid tal-oġġett jew tas-sustanza huwa ċert;

(b) 

l-oġġett jew is-sustanza jistgħu jissodisfaw il-funzjoni maħsuba tagħhom mingħajr ipproċessar minn qabel sinifikanti;

(c) 

meta rilevanti, l-oġġett jew is-sustanza jiġu ttestjati biex tiġi żgurata l-funzjonalità sħiħa tagħhom;

(d) 

l-użu ulterjuri huwa skont il-liġi, jiġifieri l-oġġett jew is-sustanza jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti kollha b’rabta mal-prodott, mal-ħarsien tal-ambjent u mas-saħħa għall-użu speċifiku u mhumiex se jwasslu għal impatti ġenerali avversi fuq l-ambjent jew is-saħħa tal-bniedem;

(e) 

l-oġġett jew is-sustanza huma preservati u protetti kif xieraq mill-ħsara matul it-trasport, it-tagħbien u l-ħatt.

Id-dispożizzjonijiet fit-tielet subparagrafu għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 23(2) u għall-Anness VI tad-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 ) u l-Artikolu 72(2) u l-Anness XIV tar-Regolament (UE) 2023/1542 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 12 ).

Artikolu 29 2.
Jekk l-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ u tad-destinazzjoni ma jistgħux jaqblu fuq il-klassifikazzjoni fir-rigward tad-distinzjoni bejn dak li huwa skart u dak li mhuwiex skart, filwaqt li jqisu d-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 1, u kwalunkwe kundizzjoni jew deċiżjoni meħuda fil-livell tal-Unjoni jew mill-Istati Membri skont l-Artikolu 5 jew 6 tad-Direttiva 2008/98/KE, l-oġġett jew is-sustanza għandhom jiġu ttrattati daqslikieku kienu skart għall-fini tal-vjeġġ. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-pajjiż tad-destinazzjoni li jittratta l-materjal ittrasportat f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu, wara l-wasla tal-materjal ittrasportat u meta tali leġiżlazzjoni tkun konformi mad-dritt tal-Unjoni jew mad-dritt internazzjonali.
Artikolu 29 3.
Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi kriterji dettaljati għall-applikazzjoni uniformi tal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, it-tielet subparagrafu, għal sustanzi jew oġġetti speċifiċi li għalihom id-distinzjoni bejn merkanzija użata u skart hija ta’ importanza partikolari għall-esportazzjoni ta’ skart mill-Unjoni.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 81(2).

Artikolu 29 4.
Jekk l-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ u tad-destinazzjoni ma jkunux jistgħu jaqblu dwar il-klassifikazzjoni ta’ skart destinat għall-irkupru bħala skart li huwa elenkat fl-Anness III, fl-Anness IIIA, fl-Anness IIIB jew fl-Anness IV, jew li mhuwiex elenkat f’xi wieħed minn dawk l-Annessi, il-vjeġġ ta’ dak l-iskart għandu jkun soġġett għall-Artikolu 4(2).
Artikolu 29 5.
Jekk l-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ u tad-destinazzjoni ma jkunux jistgħu jaqblu dwar il-klassifikazzjoni tal-operazzjoni ta’ trattament ta’ skart bħala waħda ta’ rkupru jew ta’ rimi, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament rigward ir-rimi.
Artikolu 29 6.
Sabiex tiġi ffaċilitata l-klassifikazzjoni armonizzata tal-iskart elenkat fl-Anness III, fl-Anness IIIA, fl-Anness IIIB jew fl-Anness IV fl-Unjoni, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 80 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi kriterji, bħal livelli ta’ limitu ta’ kontaminazzjoni, li abbażi tagħhom ċertu skart għandu jiġi kklassifikat fl-Anness III, fl-Anness IIIA, fl-Anness IIIB jew fl-Anness IV.
Artikolu 29 7.
Jekk l-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ u tad-destinazzjoni ma jkunux jistgħu jaqblu dwar il-klassifikazzjoni tal-operazzjoni tat-trattament tal-iskart bħala operazzjoni interim jew mhux interim, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament rigward operazzjonijiet interim.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit