|
+Artikolu 29 1. |
Artikolu 29 1.Meta jiddeċiedu jekk oġġett jew sustanza, li jirriżultaw minn proċess ta’ produzzjoni li l-għan primarju tiegħu mhuwiex il-produzzjoni ta’ dak l-oġġett jew dik is-sustanza, għandhomx jitqiesu bħala skart, l-Istati Membri għandhom japplikaw l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2008/98/KE. Meta jiddeċiedu jekk l-iskart li jkun għadda minn operazzjoni ta’ riċiklaġġ jew irkupru ieħor iridx jitqies li ma għadux skart, l-Istati Membri għandhom japplikaw l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2008/98/KE. Meta jiddeċiedu jekk oġġett jew sustanza jridux jitqiesu bħala oġġett użat u mhux bħala skart, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li mill-inqas jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-użu ulterjuri jew l-użu mill-ġdid tal-oġġett jew tas-sustanza huwa ċert;
(b)
l-oġġett jew is-sustanza jistgħu jissodisfaw il-funzjoni maħsuba tagħhom mingħajr ipproċessar minn qabel sinifikanti;
(c)
meta rilevanti, l-oġġett jew is-sustanza jiġu ttestjati biex tiġi żgurata l-funzjonalità sħiħa tagħhom;
(d)
l-użu ulterjuri huwa skont il-liġi, jiġifieri l-oġġett jew is-sustanza jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti kollha b’rabta mal-prodott, mal-ħarsien tal-ambjent u mas-saħħa għall-użu speċifiku u mhumiex se jwasslu għal impatti ġenerali avversi fuq l-ambjent jew is-saħħa tal-bniedem;
(e)
l-oġġett jew is-sustanza huma preservati u protetti kif xieraq mill-ħsara matul it-trasport, it-tagħbien u l-ħatt. Id-dispożizzjonijiet fit-tielet subparagrafu għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 23(2) u għall-Anness VI tad-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 ) u l-Artikolu 72(2) u l-Anness XIV tar-Regolament (UE) 2023/1542 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 12 ). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|