|
+Artikolu 41 2. |
Artikolu 41 2.Il-lista msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
(a)
l-isem tal-pajjiżi li lejhom huma awtorizzati l-esportazzjonijiet ta’ skart mhux perikoluż u taħlitiet ta’ skart mhux perikoluż mill-Unjoni għall-irkupru;
(b)
l-iskart speċifiku mhux perikoluż u t-taħlitiet speċifiċi ta’ skart mhux perikoluż li jkunu awtorizzati għall-esportazzjoni mill-Unjoni lejn kull pajjiż imsemmi fil-punt (a);
(c)
informazzjoni, bħal indirizz tal-Internet, li tippermetti l-aċċess għal lista ta’ faċilitajiet li jkunu liċenzjati skont il-leġiżlazzjoni domestika ta’ kull pajjiż imsemmi fil-punt (a) biex jitwettaq l-irkupru tal-iskart u tat-taħlitiet ta’ skart imsemmija fil-punt (b);
(d)
informazzjoni dwar il-proċedura ta’ kontroll speċifika, jekk ikun hemm, li tapplika skont il-leġiżlazzjoni domestika ta’ kull pajjiż imsemmi fil-punt (a) għall-importazzjoni tal-iskart imsemmi fil-punt (b), inkluża indikazzjoni dwar jekk l-importazzjoni ta’ skart elenkat fl-Anness IX tal-Konvenzjoni ta’ Basilea hijiex soġġetta għall-proċedura ta’ notifika u ta’ kunsens bil-miktub minn qabel imsemmija fl-Artikolu 38. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|