+Artikolu 41 Lista ta’ pajjiżi li lejhom huma awtorizzati l-esportazzjonijiet ta’ skart mhux perikoluż mill-Unjoni għall-irkupru
---+Artikolu 41 1.
---+Artikolu 41 2.
---+Artikolu 41 3.
---+Artikolu 41 4.
---+Artikolu 41 5.
---+Artikolu 41 6.
---+Artikolu 41 7.
---+Artikolu 41 8.
|
Artikolu 41 Lista ta’ pajjiżi li lejhom huma awtorizzati l-esportazzjonijiet ta’ skart mhux perikoluż mill-Unjoni għall-irkupru
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 41 1.
|
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 80 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi lista ta’ pajjiżi li għalihom ma tapplikax id-Deċiżjoni tal-OECD u li lejhom huma awtorizzati l-esportazzjonijiet ta’ skart mhux perikoluż u taħlitiet ta’ skart mhux perikoluż mill-Unjoni għall-irkupru (“lista ta’ pajjiżi li lejhom huma awtorizzati l-esportazzjonijiet”). Dik il-lista għandha tinkludi l-pajjiżi li ssottomettew talba skont l-Artikolu 42(1) u li wrew konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 42(3), abbażi ta’ valutazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 43, u li qablu li jikkonformaw mal-Artikolu 42(5).
|
|
Artikolu 41 2.
|
Il-lista msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
(a)
l-isem tal-pajjiżi li lejhom huma awtorizzati l-esportazzjonijiet ta’ skart mhux perikoluż u taħlitiet ta’ skart mhux perikoluż mill-Unjoni għall-irkupru;
(b)
l-iskart speċifiku mhux perikoluż u t-taħlitiet speċifiċi ta’ skart mhux perikoluż li jkunu awtorizzati għall-esportazzjoni mill-Unjoni lejn kull pajjiż imsemmi fil-punt (a);
(c)
informazzjoni, bħal indirizz tal-Internet, li tippermetti l-aċċess għal lista ta’ faċilitajiet li jkunu liċenzjati skont il-leġiżlazzjoni domestika ta’ kull pajjiż imsemmi fil-punt (a) biex jitwettaq l-irkupru tal-iskart u tat-taħlitiet ta’ skart imsemmija fil-punt (b);
(d)
informazzjoni dwar il-proċedura ta’ kontroll speċifika, jekk ikun hemm, li tapplika skont il-leġiżlazzjoni domestika ta’ kull pajjiż imsemmi fil-punt (a) għall-importazzjoni tal-iskart imsemmi fil-punt (b), inkluża indikazzjoni dwar jekk l-importazzjoni ta’ skart elenkat fl-Anness IX tal-Konvenzjoni ta’ Basilea hijiex soġġetta għall-proċedura ta’ notifika u ta’ kunsens bil-miktub minn qabel imsemmija fl-Artikolu 38.
|
|
Artikolu 41 3.
|
Il-lista msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi adottata sal-21 ta’ Novembru 2026, sakemm l-ebda pajjiż ma jissottometti talba skont l-Artikolu 42(1) jew l-ebda pajjiż ma jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 42(3) f’dak iż-żmien. Sal-21 ta’ Awwissu 2024, il-Kummissjoni għandha tikkuntattja lill-pajjiżi kollha li għalihom ma tapplikax id-Deċiżjoni tal-OECD, biex tipprovdilhom l-informazzjoni meħtieġa dwar il-possibbiltà għal dawk il-pajjiżi li jiġu inklużi fil-lista ta’ pajjiżi li lejhom huma awtorizzati l-esportazzjonijiet. Sabiex jiġu inklużi fil-lista ta’ pajjiżi li lejhom huma awtorizzati l-esportazzjonijiet adottata sal-21 ta’ Novembru 2026, il-pajjiżi li għalihom ma tapplikax id-Deċiżjoni tal-OECD għandhom jissottomettu t-talba tagħhom skont l-Artikolu 42(1) sal-21 ta’ Frar 2025.
|
|
Artikolu 41 4.
|
Il-Kummissjoni għandha regolarment, u mill-inqas kull sentejn wara l-istabbiliment tagħha, taġġorna l-lista ta’ pajjiżi li lejhom huma awtorizzati l-esportazzjonijiet, sabiex:
(a)
iżżid pajjiż li jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 42;
(b)
tneħħi pajjiż li ma jibqax jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 42;
(c)
taġġorna l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 abbażi ta’ talba riċevuta mill-pajjiż ikkonċernat u, jekk dik it-talba tikkonċerna ż-żieda ta’ skart ġdid jew taħlitiet ta’ skart ġodda, diment li l-pajjiż ikkonċernat ikun wera konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 42 fir-rigward tal-iskart il-ġdid jew it-taħlitiet ta’ skart il-ġodda inkwistjoni;
(d)
tinkludi jew tneħħi kwalunkwe element ieħor rilevanti biex tiżgura li l-lista jkun fiha informazzjoni eżatta u aġġornata.
|
|
Artikolu 41 5.
|
Wara li tirċievi l-informazzjoni u l-evidenza msemmija fl-Artikolu 42(5), il-Kummissjoni tista’ titlob informazzjoni addizzjonali mill-pajjiż ikkonċernat biex juri li qed ikompli jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 42(3).
|
|
Artikolu 41 6.
|
Meta ssir disponibbli informazzjoni li turi b’mod plawżibbli li r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 42 ma għadhomx jiġu ssodisfati għal pajjiż diġà inkluż fil-lista msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tistieden lil dak il-pajjiż biex jipprovdi l-fehmiet tiegħu dwar dik l-informazzjoni, f’perjodu massimu ta’ xahrejn mill-istedina, flimkien ma’ evidenza ta’ sostenn rilevanti li turi konformità kontinwa ma’ dawk ir-rekwiżiti. Dak il-perjodu jista’ jiġi estiż b’perjodu addizzjonali ta’ xahrejn meta l-pajjiż ikkonċernat jagħmel talba motivata għal tali estensjoni.
|
|
Artikolu 41 7.
|
Meta l-pajjiż ikkonċernat ma jipprovdix il-fehmiet tiegħu u l-evidenza ta’ sostenn mitluba fil-limitu ta’ żmien imsemmi fil-paragrafu 6, jew meta l-evidenza pprovduta ma tkunx biżżejjed biex turi konformità kontinwa mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 42, il-Kummissjoni għandha tneħħi lil dak il-pajjiż mil-lista mingħajr dewmien żejjed.
|
|
Artikolu 41 8.
|
Il-Kummissjoni tista’ fi kwalunkwe ħin tikkuntattja pajjiż inkluż fil-lista msemmija fil-paragrafu 1 biex tikseb informazzjoni li tkun rilevanti biex tiżgura li dak il-pajjiż qed ikompli jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 42.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|