+Artikolu 46 5.

Artikolu 46 5.

Notifikatur jew persuna li torganizza l-vjeġġ li jkollhom il-ħsieb li jesportaw l-iskart għandhom jiżguraw, qabel ma jesportaw l-iskart, li l-faċilità li se timmaniġġja l-iskart fil-pajjiż tad-destinazzjoni tkun ġiet soġġetta għal awditu msemmi fil-paragrafu 3 imwettaq mhux aktar tard minn sentejn qabel ma jesportaw l-iskart lejn il-faċilità kkonċernata u li jkun wera l-konformità tal-faċilità mal-kriterji fil-Parti B tal-Anness X.

Bil-ħsieb li dan l-obbligu jiġi ssodisfat, in-notifikatur jew persuna li torganizza l-vjeġġ għandhom jew:

(a) 

jikkummissjonaw awditu f’konformità ma’ dan l-Artikolu;

(b) 

jakkwistaw ir-rapport ta’ awditu kkummissjonat f’konformità ma’ dan l-Artikolu minn notifikatur ieħor jew persuna oħra li torganizza l-vjeġġ, li jkun sar disponibbli f’konformità mal-paragrafu 6, wara li jkunu vverifikaw li l-awditu twettaq f’konformità mal-paragrafi 3 u 4 u wera l-konformità tal-faċilità mal-kriterji stabbiliti fil-Parti B tal-Anness X; jew

(c) 

jakkwistaw ir-rapport ta’ awditu kkummissjonat f’konformità ma’ dan l-Artikolu mill-faċilità nnifsha, li ġie nnotifikat lir-reġistru msemmi fil-paragrafu 8 f’konformità mal-paragrafu 7, it-tieni subparagrafu, wara li jkunu vverifikaw li l-awditu twettaq f’konformità mal-paragrafi 3 u 4 u wera l-konformità tal-faċilità mal-kriterji stabbiliti fil-Parti B tal-Anness X.

In-notifikatur jew il-persuna li torganizza l-vjeġġ għandhom jikkummissjonaw ukoll awditu ad hoc mingħajr dewmien f’każ li jirċievu informazzjoni affidabbli li faċilità ma għadhiex konformi mal-kriterji stabbiliti fil-Parti B tal-Anness X. Meta l-awditu ad hoc juri li faċilità ma għadhiex konformi mal-kriterji stabbiliti fil-Parti B tal-Anness X, in-notifikatur jew il-persuna li torganizza l-vjeġġ għandhom iwaqqfu minnufih l-esportazzjoni tal-iskart lejn dik il-faċilità u jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ ikkonċernati.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit