+Artikolu 46 Obbligi fuq l-esportaturi
---+Artikolu 46 1.
---+Artikolu 46 2.
---+Artikolu 46 3.
---+Artikolu 46 4.
---+Artikolu 46 5.
---+Artikolu 46 6.
---+Artikolu 46 7.
---+Artikolu 46 8.
---+Artikolu 46 9.
---+Artikolu 46 10.
---+Artikolu 46 11.
---+Artikolu 46 12.
---+Artikolu 46 13.
|
Artikolu 46 Obbligi fuq l-esportaturi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 46 1.
|
In-notifikatur jew il-persuna li torganizza l-vjeġġ għandhom jesportaw l-iskart mill-Unjoni biss jekk ikunu jistgħu juru li l-faċilitajiet li għandhom jirċievu l-iskart fil-pajjiż tad-destinazzjoni se jimmaniġġjawh b’mod li jħares l-ambjent kif imsemmi fl-Artikolu 59.
|
|
Artikolu 46 2.
|
In-notifikatur jew il-persuna li torganizza l-vjeġġ ma għandhomx jesportaw skart lejn faċilità li ma tikkonformax mal-kriterji stabbiliti fil-Parti B tal-Anness X.
|
|
Artikolu 46 3.
|
Sabiex jiġi ssodisfat l-obbligu msemmi fil-paragrafu 1, in-notifikatur jew il-persuna li torganizza l-vjeġġ li jkollhom il-ħsieb li jesportaw l-iskart mill-Unjoni għandhom jiżguraw li l-faċilitajiet li se jimmaniġġjaw l-iskart fil-pajjiż tad-destinazzjoni jkunu ġew soġġetti għal awditu. Dan l-awditu għandu jsir minn parti terza li għandha tkun indipendenti min-notifikatur jew mill-persuna li torganizza l-vjeġġ kif ukoll mill-faċilità awditjata u li għandu jkollha l-kwalifiki xierqa fl-oqsma tal-awditjar u t-trattament tal-iskart. Meta jikkummissjonaw awditu, in-notifikatur jew persuna li torganizza l-vjeġġ għandhom jivverifikaw li l-parti terza tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti A tal-Anness X u li tkun ġiet awtorizzata jew akkreditata minn korp uffiċjali nazzjonali biex twettaq awditi kif definit f’dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 46 4.
|
L-awditu msemmi fil-paragrafu 3 għandu jinkludi kemm kontrolli fiżiċi kif ukoll kontrolli dokumentarji u għandu jivverifika l-konformità tal-faċilità kkonċernata mal-kriterji stabbiliti fil-Parti B tal-Anness X.
|
|
Artikolu 46 5.
|
Notifikatur jew persuna li torganizza l-vjeġġ li jkollhom il-ħsieb li jesportaw l-iskart għandhom jiżguraw, qabel ma jesportaw l-iskart, li l-faċilità li se timmaniġġja l-iskart fil-pajjiż tad-destinazzjoni tkun ġiet soġġetta għal awditu msemmi fil-paragrafu 3 imwettaq mhux aktar tard minn sentejn qabel ma jesportaw l-iskart lejn il-faċilità kkonċernata u li jkun wera l-konformità tal-faċilità mal-kriterji fil-Parti B tal-Anness X. Bil-ħsieb li dan l-obbligu jiġi ssodisfat, in-notifikatur jew persuna li torganizza l-vjeġġ għandhom jew:
(a)
jikkummissjonaw awditu f’konformità ma’ dan l-Artikolu;
(b)
jakkwistaw ir-rapport ta’ awditu kkummissjonat f’konformità ma’ dan l-Artikolu minn notifikatur ieħor jew persuna oħra li torganizza l-vjeġġ, li jkun sar disponibbli f’konformità mal-paragrafu 6, wara li jkunu vverifikaw li l-awditu twettaq f’konformità mal-paragrafi 3 u 4 u wera l-konformità tal-faċilità mal-kriterji stabbiliti fil-Parti B tal-Anness X; jew
(c)
jakkwistaw ir-rapport ta’ awditu kkummissjonat f’konformità ma’ dan l-Artikolu mill-faċilità nnifsha, li ġie nnotifikat lir-reġistru msemmi fil-paragrafu 8 f’konformità mal-paragrafu 7, it-tieni subparagrafu, wara li jkunu vverifikaw li l-awditu twettaq f’konformità mal-paragrafi 3 u 4 u wera l-konformità tal-faċilità mal-kriterji stabbiliti fil-Parti B tal-Anness X.
In-notifikatur jew il-persuna li torganizza l-vjeġġ għandhom jikkummissjonaw ukoll awditu ad hoc mingħajr dewmien f’każ li jirċievu informazzjoni affidabbli li faċilità ma għadhiex konformi mal-kriterji stabbiliti fil-Parti B tal-Anness X. Meta l-awditu ad hoc juri li faċilità ma għadhiex konformi mal-kriterji stabbiliti fil-Parti B tal-Anness X, in-notifikatur jew il-persuna li torganizza l-vjeġġ għandhom iwaqqfu minnufih l-esportazzjoni tal-iskart lejn dik il-faċilità u jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ ikkonċernati.
|
|
Artikolu 46 6.
|
Notifikatur jew persuna li torganizza l-vjeġġ li jkunu kkummissjonaw awditu għal faċilità partikolari skont il-paragrafu 3 għandhom jiżguraw li tali awditu jkun disponibbli għal notifikaturi jew persuni oħra li jorganizzaw vjeġġi li jkollhom il-ħsieb li jesportaw l-iskart lejn il-faċilità inkwistjoni, taħt kundizzjonijiet kummerċjali ġusti.
|
|
Artikolu 46 7.
|
Notifikatur jew persuna li torganizza l-vjeġġ għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar awditi li kkummissjonaw f’konformità mal-paragrafi 3 u 5, u li wrew il-konformità ta’ faċilità mal-kriterji stabbiliti fil-Parti B tal-Anness X. In-notifika għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
(a)
l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-faċilità li kienet soġġetta għall-awditu;
(b)
l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tan-notifikatur jew tal-persuna li torganizza l-vjeġġ li kkummissjonaw l-awditu;
(c)
l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-parti terza li wettqet l-awditu;
(e)
it-tipi ta’ skart, kif elenkati fl-Annessi III, IIIA, IIIB jew IV jew fil-lista ta’ skart imsemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2008/98/KE;
(f)
l-operazzjonijiet ta’ rkupru (kodiċijiet R), kif imsemmija fl-Anness II tad-Direttiva 2008/98/KE.
Notifikatur jew persuna li torganizza lvjeġġ jistgħu jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar awditu kkummissjonat mill-faċilità awditjata nnifsha, dment li n-notifikatur jew il-persuna li torganizza vjeġġ ikunu vverifikaw li l-awditu twettaq f’konformità mal-paragrafi 3 u 4 u wera l-konformità tal-faċilità mal-kriterji stabbiliti fil-Parti B tal-Anness X. Tali notifika għandu jkun fiha informazzjoni f’konformità mal-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (c) sa (f).
|
|
Artikolu 46 8.
|
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm aġġornat reġistru bl-informazzjoni li tirċievi f’konformità mal-paragrafu 7. Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-informazzjoni fir-reġistru disponibbli għall-pubbliku.
|
|
Artikolu 46 9.
|
Fuq talba minn awtorità kompetenti jew awtorità involuta fl-ispezzjonijiet, notifikatur jew persuna li torganizza l-vjeġġ għandhom jipprovdu evidenza dokumentarja li l-awditi kif imsemmija fil-paragrafu 3 twettqu fil-faċilitajiet kollha li lejhom qed jesportaw l-iskart inkwistjoni. Tali evidenza dokumentarja għandha tiġi pprovduta b’lingwa aċċettabbli għall-awtoritajiet ikkonċernati.
|
|
Artikolu 46 10.
|
Notifikatur jew persuna li torganizza l-vjeġġ li jesportaw skart barra mill-Unjoni għandhom, fuq bażi annwali, jagħmlu pubblikament disponibbli b’mezzi elettroniċi l-informazzjoni dwar kif jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 46 11.
|
Meta jkun hemm ftehim internazzjonali bejn l-Unjoni u pajjiż terz li għalih tapplika d-Deċiżjoni tal-OECD, li jirrikonoxxi li l-faċilitajiet f’dak il-pajjiż terz se jimmaniġġjaw l-iskart b’mod li jħares l-ambjent, kif imsemmi fl-Artikolu 59 u f’konformità mal-kriterji stabbiliti fil-Parti B tal-Anness X, in-notifikaturi jew il-persuni li jorganizzaw il-vjeġġi li jkollhom il-ħsieb li jesportaw l-iskart lejn dak il-pajjiż terz għandhom jiġu eżentati mill-obbligu stabbilit fil-paragrafi 3 sa 7 u 9. Notifikatur jew persuna li torganizza l-vjeġġ li jesportaw l-iskart mill-Unjoni lejn faċilità f’pajjiż terz li l-Unjoni kkonkludiet ftehim internazzjonali miegħu għandhom iwettqu awditu ad hoc mingħajr dewmien f’każ li jirċievu informazzjoni affidabbli li faċilità ma għadhiex konformi mal-kriterji stabbiliti fil-Parti B tal-Anness X. In-notifikatur jew il-persuna li torganizza l-vjeġġ għandhom, f’tali każ, jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ b’dik l-informazzjoni affidabbli kif ukoll bil-pjanijiet tagħhom li jwettqu awditu ad hoc. Meta awditu ad hoc juri li faċilità ma għadhiex konformi mal-kriterji stabbiliti fil-Parti B tal-Anness X, in-notifikatur jew il-persuna li torganizza l-vjeġġ għandhom iwaqqfu minnufih l-esportazzjoni tal-iskart lejn dik il-faċilità u jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ ikkonċernati.
|
|
Artikolu 46 12.
|
Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-ftehimiet internazzjonali rilevanti msemmija fil-paragrafu 11 disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tagħha.
|
|
Artikolu 46 13.
|
Il-Kummissjoni tista’ tadotta linji gwida fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|