+Artikolu 46 11.

Artikolu 46 11.

Meta jkun hemm ftehim internazzjonali bejn l-Unjoni u pajjiż terz li għalih tapplika d-Deċiżjoni tal-OECD, li jirrikonoxxi li l-faċilitajiet f’dak il-pajjiż terz se jimmaniġġjaw l-iskart b’mod li jħares l-ambjent, kif imsemmi fl-Artikolu 59 u f’konformità mal-kriterji stabbiliti fil-Parti B tal-Anness X, in-notifikaturi jew il-persuni li jorganizzaw il-vjeġġi li jkollhom il-ħsieb li jesportaw l-iskart lejn dak il-pajjiż terz għandhom jiġu eżentati mill-obbligu stabbilit fil-paragrafi 3 sa 7 u 9.

Notifikatur jew persuna li torganizza l-vjeġġ li jesportaw l-iskart mill-Unjoni lejn faċilità f’pajjiż terz li l-Unjoni kkonkludiet ftehim internazzjonali miegħu għandhom iwettqu awditu ad hoc mingħajr dewmien f’każ li jirċievu informazzjoni affidabbli li faċilità ma għadhiex konformi mal-kriterji stabbiliti fil-Parti B tal-Anness X. In-notifikatur jew il-persuna li torganizza l-vjeġġ għandhom, f’tali każ, jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ b’dik l-informazzjoni affidabbli kif ukoll bil-pjanijiet tagħhom li jwettqu awditu ad hoc.

Meta awditu ad hoc juri li faċilità ma għadhiex konformi mal-kriterji stabbiliti fil-Parti B tal-Anness X, in-notifikatur jew il-persuna li torganizza l-vjeġġ għandhom iwaqqfu minnufih l-esportazzjoni tal-iskart lejn dik il-faċilità u jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ ikkonċernati.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit