+Artikolu 50 Projbizzjoni ta’ importazzjonijiet ta’ skart destinat għar-rimi
---+Artikolu 50 1.
---+Artikolu 50 2.
---+Artikolu 50 3.
---+Artikolu 50 4.
|
Artikolu 50 Projbizzjoni ta’ importazzjonijiet ta’ skart destinat għar-rimi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 50 1.
|
L-importazzjonijiet lejn l-Unjoni ta’ skart destinat għar-rimi għandhom ikunu pprojbiti għajr l-importazzjonijiet ġejjin minn:
(a)
pajjiżi li jkunu Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Basilea;
(b)
pajjiżi oħra li magħhom l-Unjoni, jew l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, ikunu kkonkludew ftehimiet jew arranġamenti bilaterali jew multilaterali kompatibbli mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u f’konformità mal-Artikolu 11 tal-Konvenzjoni ta’ Basilea;
(c)
pajjiżi oħra li magħhom Stati Membri individwali jkunu kkonkludew ftehimiet jew arranġamenti bilaterali f’konformità mal-paragrafu 2; jew
(d)
żoni oħra f’każijiet fejn, minħabba raġunijiet eċċezzjonali matul sitwazzjonijiet ta’ kriżi, operazzjonijiet tal-istabbiliment tal-paċi jew taż-żamma tal-paċi, jew ta’ gwerra, ebda ftehim jew arranġament bilaterali skont il-punti (b) jew (c) ma jkun jista’ jiġi konkluż jew fejn għadha ma ġietx iddeżinjata jew mhijiex kapaċi li taġixxi awtorità kompetenti fil-pajjiż tad-dispaċċ.
|
|
Artikolu 50 2.
|
F’każijiet eċċezzjonali, l-Istati Membri jistgħu jikkonkludu ftehimiet u arranġamenti bilaterali għar-rimi ta’ skart speċifiku f’dawk l-Istati Membri, fejn tali skart ma jkunx immaniġġjat b’mod li jħares l-ambjent fil-pajjiż tad-dispaċċ. Dawn il-ftehimiet u l-arranġamenti għandhom:
(a)
ikunu kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni u f’konformità mal-Artikolu 11 tal-Konvenzjoni ta’ Basilea;
(b)
jiggarantixxu li l-operazzjonijiet ta’ rimi jitwettqu f’faċilità awtorizzata u jkunu konformi mar-rekwiżiti għal ġestjoni li tħares l-ambjent kif imsemmi fl-Artikolu 59(1) ta’ dan ir-Regolament, fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 2008/98/KE u f’liġi oħra tal-Unjoni dwar l-iskart, b’mod partikolari l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni msemmija fl-Anness IX, il-Parti 1;
(c)
jiggarantixxu li l-iskart jiġi prodott fil-pajjiż tad-dispaċċ u li r-rimi tiegħu jitwettaq esklużivament fl-Istat Membru li jkun ikkonkluda l-ftehim jew l-arranġament; u
(d)
jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni qabel il-konklużjoni tagħhom jew, f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, sa mhux iktar tard minn xahar wara l-konklużjoni.
|
|
Artikolu 50 3.
|
Il-ftehimiet jew l-arranġamenti bilaterali jew multilaterali msemmija fil-paragrafu 1, il-punti (b) u (c), għandhom ikunu bbażati fuq r-rekwiżiti proċedurali tal-Artikolu 51.
|
|
Artikolu 50 4.
|
Il-pajjiżi msemmija fil-paragrafu 1, il-punti (a), (b) u (c), għandhom ikunu meħtieġa jippreżentaw talba debitament motivata minn qabel lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni abbażi tal-fatt li huma ma għandhomx u ma jistgħux jiksbu b’mod raġonevoli l-kapaċità teknika u l-faċilitajiet meħtieġa sabiex jarmu l-iskart b’mod li jħares l-ambjent kif imsemmi fl-Artikolu 59.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|