+Artikolu 50 2.

Artikolu 50 2.

F’każijiet eċċezzjonali, l-Istati Membri jistgħu jikkonkludu ftehimiet u arranġamenti bilaterali għar-rimi ta’ skart speċifiku f’dawk l-Istati Membri, fejn tali skart ma jkunx immaniġġjat b’mod li jħares l-ambjent fil-pajjiż tad-dispaċċ.

Dawn il-ftehimiet u l-arranġamenti għandhom:

(a) 

ikunu kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni u f’konformità mal-Artikolu 11 tal-Konvenzjoni ta’ Basilea;

(b) 

jiggarantixxu li l-operazzjonijiet ta’ rimi jitwettqu f’faċilità awtorizzata u jkunu konformi mar-rekwiżiti għal ġestjoni li tħares l-ambjent kif imsemmi fl-Artikolu 59(1) ta’ dan ir-Regolament, fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 2008/98/KE u f’liġi oħra tal-Unjoni dwar l-iskart, b’mod partikolari l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni msemmija fl-Anness IX, il-Parti 1;

(c) 

jiggarantixxu li l-iskart jiġi prodott fil-pajjiż tad-dispaċċ u li r-rimi tiegħu jitwettaq esklużivament fl-Istat Membru li jkun ikkonkluda l-ftehim jew l-arranġament; u

(d) 

jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni qabel il-konklużjoni tagħhom jew, f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, sa mhux iktar tard minn xahar wara l-konklużjoni.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit