+Artikolu 51 Rekwiżiti proċedurali għall-importazzjonijiet ta’ skart destinat għar-rimi jew matul sitwazzjonijiet ta’ kriżi, jew matul operazzjonijiet tal-istabbiliment tal-paċi jew taż-żamma tal-paċi
---+Artikolu 51 1.
---+Artikolu 51 2.
---+Artikolu 51 3.
---+Artikolu 51 4.
---+Artikolu 51 5.
---+Artikolu 51 6.
---+Artikolu 51 7.
|
Artikolu 51 Rekwiżiti proċedurali għall-importazzjonijiet ta’ skart destinat għar-rimi jew matul sitwazzjonijiet ta’ kriżi, jew matul operazzjonijiet tal-istabbiliment tal-paċi jew taż-żamma tal-paċi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 51 1.
|
Meta l-iskart destinat għar-rimi jiġi importat fl-Unjoni minn pajjiżi li jkunu Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Basilea, jew fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 50(1), il-punt (d), id-dispożizzjonijiet tat-Titolu II għandhom japplikaw mutatis mutandis, bl-adattamenti u d-dispożizzjonijiet addizzjonali stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3.
|
|
Artikolu 51 2.
|
Għandhom japplikaw l-adattamenti li ġejjin:
(a)
notifikatur li ma jkunx stabbilit fl-Unjoni u ma jkollu l-ebda aċċess għal sistema msemmija fl-Artikolu 27, jista’ jissottometti n-notifika u kwalunkwe informazzjoni u dokumentazzjoni addizzjonali mitluba lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati bil-posta, jew jekk ikun xieraq, bil-faks jew bl-email b’firma diġitali; fil-każ ta’ email b’firma diġitali, kwalunkwe timbru jew firma meħtieġa għandhom jiġu sostitwiti bil-firma diġitali;
(b)
in-notifikatur, jew meta n-notifikatur ma jkunx stabbilit fl-Unjoni u ma jkollu l-ebda aċċess għal sistema msemmija fl-Artikolu 27, l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni fl-Unjoni, għandhom jiżguraw li l-informazzjoni rilevanti kollha, tal-inqas id-dokument ta’ notifika inkluż kwalunkwe anness, id-dokument ta’ moviment inkluż kwalunkwe anness, il-kunsensi bil-miktub, informazzjoni dwar kunsensi taċiti u l-kundizzjonijiet, tkun inkluża f’dik is-sistema;
(c)
l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni u kwalunkwe awtorità kompetenti tat-tranżitu fl-Unjoni għandhom jinformaw lill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ u lil kwalunkwe awtorità kompetenti tat-tranżitu barra l-Unjoni bi kwalunkwe talba għal informazzjoni u dokumentazzjoni min-naħa tagħhom u bid-deċiżjoni tagħhom rigward il-vjeġġ ippjanat, bil-posta, jew jekk ikun xieraq, bil-faks jew bl-email b’firma diġitali sakemm l-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiżi kkonċernati ma jkollhomx aċċess għas-sistema ċentrali msemmija fl-Artikolu 27(3);
(d)
l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ u lil kwalunkwe awtorità kompetenti tat-tranżitu barra l-Unjoni skont l-Artikoli 7, 8, 16 u 17 għandha tiġi pprovduta bil-posta, jew jekk ikun xieraq, bil-faks jew bl-email b’firma diġitali, sakemm dawk l-awtoritajiet ma jkunux konnessi ma’ sistema msemmija fl-Artikolu 27;
(e)
awtorità kompetenti tat-tranżitu barra l-Unjoni għandu jkollha 60 jum mid-data tat-trażmissjoni tal-konferma tar-riċevuta ta’ notifika kompluta kif suppost, sabiex tipprovdi, jekk il-pajjiż ikkonċernat ikun iddeċieda li ma jitlobx kunsens bil-miktub minn qabel u jkun informa b’dan lill-Partijiet l-oħra għall-Konvenzjoni ta’ Basilea f’konformità mal-Artikolu 6(4) ta’ dik il-Konvenzjoni, kunsens taċitu jew tagħti kunsens bil-miktub b’xi kundizzjonijiet jew mingħajrhom;
(f)
fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 50(1), il-punt (d), li jinvolvu sitwazzjonijiet ta’ kriżi, ta’ operazzjonijiet ta’ stabbiliment tal-paċi jew taż-żamma tal-paċi, jew ta’ gwerra, il-kunsens tal-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ ma għandux ikun meħtieġ.
|
|
Artikolu 51 3.
|
Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet addizzjonali li ġejjin:
(a)
l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni, jekk ikun meħtieġ, tista’ tirrikjedi garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti, jew garanzija finanzjarja addizzjonali jew assigurazzjoni ekwivalenti, wara li tkun eżaminat mill-ġdid l-ammont ta’ kopertura ta’ kwalunkwe garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti stabbilita min-notifikatur;
(b)
awtorità kompetenti tat-tranżitu fl-Unjoni għandha tipprovdi konferma tar-riċevuta ta’ notifika kompluta kif suppost lin-notifikatur, flimkien ma’ kopji lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati f’każ li ma jkollhomx aċċess għal sistema msemmija fl-Artikolu 27;
(c)
l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni u kwalunkwe awtorità kompetenti tat-tranżitu fl-Unjoni għandhom jinfurmaw lill-uffiċċju doganali tad-dħul bid-deċiżjonijiet tagħhom ta’ kunsens għall-vjeġġ;
(d)
għandha tiġi kkonsenjata kopja tad-dokument ta’ moviment mit-trasportatur lill-uffiċċju doganali tad-dħul bil-posta, jew jekk ikun xieraq, bil-faks jew bl-email b’firma diġitali jew, meta l-uffiċċju doganali tad-dħul ikollu aċċess għaliha, permezz tas-sistema ċentrali msemmija fl-Artikolu 27(3); u
(e)
malli l-iskart ikun ġie rrilaxxat għal proċedura doganali mill-awtoritajiet doganali fid-dħul, l-uffiċċju doganali tad-dħul għandu jinforma lill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni u lil kwalunkwe awtorità kompetenti tat-tranżitu fl-Unjoni li l-iskart ikun daħal fl-Unjoni.
|
|
Artikolu 51 4.
|
Il-vjeġġ jista’ jseħħ biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
in-notifikatur ikun irċieva kunsens bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ, tad-destinazzjoni u, meta jkun xieraq, tat-tranżitu, u jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dawk il-kunsensi jew fl-annessi tagħhom;
(b)
ikun ġie konkluż u jkun effettiv kuntratt bejn in-notifikatur u d-destinatarju kif imsemmi fl-Artikolu 6;
(c)
tkun ġiet stabbilita u tkun effettiva garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti kif imsemmi fl-Artikolu 7; u
(d)
tiġi żgurata ġestjoni li tħares l-ambjent kif imsemmi fl-Artikolu 59.
|
|
Artikolu 51 5.
|
Meta uffiċċju doganali tad-dħul jiskopri vjeġġ illegali, dan għandu jinforma mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti fil-pajjiż ta’ dak l-uffiċċju doganali. Dik l-awtorità kompetenti għandha:
(a)
mingħajr dewmien tinforma lill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni fl-Unjoni bil-vjeġġ illegali, u mbagħad, dik l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ barra l-Unjoni;
(b)
tiżgura ż-żamma tal-iskart sakemm l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ barra l-Unjoni ma tkunx iddeċidiet mod ieħor u tkun ikkomunikat dik id-deċiżjoni bil-miktub lill-awtorità kompetenti fil-pajjiż tal-uffiċċju doganali li fih ikun miżmum l-iskart; u
(c)
mingħajr dewmien, tikkomunika d-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti tad-dispaċċ imsemmija fil-punt (b) lill-uffiċċju doganali tad-dħul li skopra l-vjeġġ illegali.
|
|
Artikolu 51 6.
|
Meta l-iskart iġġenerat mill-forzi armati jew minn organizzazzjonijiet ta’ għajnuna matul sitwazzjonijiet ta’ kriżi, jew matul operazzjonijiet ta’ stabbiliment tal-paċi jew żamma tal-paċi, jiġi importat, minn dawk il-forzi armati jew l-organizzazzjonijiet ta’ għajnuna jew minn persuna fiżika jew ġuridika f’isimhom, tali entitajiet għandhom jinformaw lil kwalunkwe awtorità kompetenti tat-tranżitu u l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni fl-Unjoni, jew f’każijiet urġenti meta l-faċilità tar-rimi jew tal-irkupru ma tkunx magħrufa meta jsir il-vjeġġ, l-awtorità kompetenti responsabbli għaż-żona tal-ewwel post tad-destinazzjoni minn qabel dwar il-vjeġġ u d-destinazzjoni tiegħu. L-informazzjoni pprovduta skont l-ewwel subparagrafu għandha takkumpanja l-vjeġġ, sakemm ma tiġix ipprovduta permezz ta’ sistema f’konformità mal-Artikolu 27.
|
|
Artikolu 51 7.
|
Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jagħti dettalji dwar l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta f’konformità mal-paragrafu 6, l-ewwel subparagrafu, u l-iskedar taż-żmien relatat. Tali informazzjoni għandha tkun biżżejjed biex tippermetti lill-awtoritajiet iwettqu spezzjonijiet, u tipprovdi dettalji dwar il-persuni involuti fil-vjeġġi, id-data tal-vjeġġ, il-kwantità tal-iskart, l-identifikazzjoni tal-iskart, id-deżinjazzjoni u l-kompożizzjoni tal-iskart, il-faċilità tal-irkupru jew tar-rimi, il-kodiċi għall-operazzjoni ta’ rkupru jew rimi u l-pajjiżi involuti. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 81(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|