|
+Artikolu 51 2. |
Artikolu 51 2.Għandhom japplikaw l-adattamenti li ġejjin:
(a)
notifikatur li ma jkunx stabbilit fl-Unjoni u ma jkollu l-ebda aċċess għal sistema msemmija fl-Artikolu 27, jista’ jissottometti n-notifika u kwalunkwe informazzjoni u dokumentazzjoni addizzjonali mitluba lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati bil-posta, jew jekk ikun xieraq, bil-faks jew bl-email b’firma diġitali; fil-każ ta’ email b’firma diġitali, kwalunkwe timbru jew firma meħtieġa għandhom jiġu sostitwiti bil-firma diġitali;
(b)
in-notifikatur, jew meta n-notifikatur ma jkunx stabbilit fl-Unjoni u ma jkollu l-ebda aċċess għal sistema msemmija fl-Artikolu 27, l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni fl-Unjoni, għandhom jiżguraw li l-informazzjoni rilevanti kollha, tal-inqas id-dokument ta’ notifika inkluż kwalunkwe anness, id-dokument ta’ moviment inkluż kwalunkwe anness, il-kunsensi bil-miktub, informazzjoni dwar kunsensi taċiti u l-kundizzjonijiet, tkun inkluża f’dik is-sistema;
(c)
l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni u kwalunkwe awtorità kompetenti tat-tranżitu fl-Unjoni għandhom jinformaw lill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ u lil kwalunkwe awtorità kompetenti tat-tranżitu barra l-Unjoni bi kwalunkwe talba għal informazzjoni u dokumentazzjoni min-naħa tagħhom u bid-deċiżjoni tagħhom rigward il-vjeġġ ippjanat, bil-posta, jew jekk ikun xieraq, bil-faks jew bl-email b’firma diġitali sakemm l-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiżi kkonċernati ma jkollhomx aċċess għas-sistema ċentrali msemmija fl-Artikolu 27(3);
(d)
l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ u lil kwalunkwe awtorità kompetenti tat-tranżitu barra l-Unjoni skont l-Artikoli 7, 8, 16 u 17 għandha tiġi pprovduta bil-posta, jew jekk ikun xieraq, bil-faks jew bl-email b’firma diġitali, sakemm dawk l-awtoritajiet ma jkunux konnessi ma’ sistema msemmija fl-Artikolu 27;
(e)
awtorità kompetenti tat-tranżitu barra l-Unjoni għandu jkollha 60 jum mid-data tat-trażmissjoni tal-konferma tar-riċevuta ta’ notifika kompluta kif suppost, sabiex tipprovdi, jekk il-pajjiż ikkonċernat ikun iddeċieda li ma jitlobx kunsens bil-miktub minn qabel u jkun informa b’dan lill-Partijiet l-oħra għall-Konvenzjoni ta’ Basilea f’konformità mal-Artikolu 6(4) ta’ dik il-Konvenzjoni, kunsens taċitu jew tagħti kunsens bil-miktub b’xi kundizzjonijiet jew mingħajrhom;
(f)
fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 50(1), il-punt (d), li jinvolvu sitwazzjonijiet ta’ kriżi, ta’ operazzjonijiet ta’ stabbiliment tal-paċi jew taż-żamma tal-paċi, jew ta’ gwerra, il-kunsens tal-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ ma għandux ikun meħtieġ. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|