|
+Artikolu 51 3. |
Artikolu 51 3.Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet addizzjonali li ġejjin:
(a)
l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni, jekk ikun meħtieġ, tista’ tirrikjedi garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti, jew garanzija finanzjarja addizzjonali jew assigurazzjoni ekwivalenti, wara li tkun eżaminat mill-ġdid l-ammont ta’ kopertura ta’ kwalunkwe garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti stabbilita min-notifikatur;
(b)
awtorità kompetenti tat-tranżitu fl-Unjoni għandha tipprovdi konferma tar-riċevuta ta’ notifika kompluta kif suppost lin-notifikatur, flimkien ma’ kopji lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati f’każ li ma jkollhomx aċċess għal sistema msemmija fl-Artikolu 27;
(c)
l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni u kwalunkwe awtorità kompetenti tat-tranżitu fl-Unjoni għandhom jinfurmaw lill-uffiċċju doganali tad-dħul bid-deċiżjonijiet tagħhom ta’ kunsens għall-vjeġġ;
(d)
għandha tiġi kkonsenjata kopja tad-dokument ta’ moviment mit-trasportatur lill-uffiċċju doganali tad-dħul bil-posta, jew jekk ikun xieraq, bil-faks jew bl-email b’firma diġitali jew, meta l-uffiċċju doganali tad-dħul ikollu aċċess għaliha, permezz tas-sistema ċentrali msemmija fl-Artikolu 27(3); u
(e)
malli l-iskart ikun ġie rrilaxxat għal proċedura doganali mill-awtoritajiet doganali fid-dħul, l-uffiċċju doganali tad-dħul għandu jinforma lill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni u lil kwalunkwe awtorità kompetenti tat-tranżitu fl-Unjoni li l-iskart ikun daħal fl-Unjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|