|
+Artikolu 53 2. |
Artikolu 53 2.Għandhom japplikaw l-adattamenti li ġejjin:
(a)
il-kunsens kif meħtieġ f’konformità mal-Artikolu 9 jista’ jiġi pprovdut fil-forma ta’ kunsens taċitu mill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ barra l-Unjoni;
(b)
il-vjeġġi ta’ skart destinat għal provi ta’ trattament sperimentali msemmija fl-Artikolu 4(5) għandhom ikunu soġġetti għall-proċedura ta’ notifika u ta’ kunsens bil-miktub minn qabel;
(c)
il-vjeġġi ta’ skart destinat għal analiżi fil-laboratorju msemmija fl-Artikolu 4(5) għandhom ikunu soġġetti għall-proċedura ta’ notifika u ta’ kunsens bil-miktub minn qabel, sakemm il-kwantità ta’ tali skart ma tkunx ġiet iddeterminata abbażi tal-kwantità minima raġonevolment meħtieġa biex l-analiżi titwettaq b’mod adegwat f’kull każ partikolari, u ma taqbiżx il-25 kg, f’liema każ għandhom japplikaw ir-rekwiżiti proċedurali tal-Artikolu 18;
(d)
id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 51(2), il-punti (a) sa (e), għandhom japplikaw;
(e)
il-faċilità msemmija fl-Artikoli 15(3) u 16(3) għandha tipprovdi l-konferma rispettiva fi żmien 3 ijiem tax-xogħol mill-wasla tal-iskart. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|