+Artikolu 53 Rekwiżiti proċedurali għall-importazzjonijiet minn pajjiż li għalih tapplika d-Deċiżjoni tal-OECD jew minn żoni oħra matul sitwazzjonijiet ta’ kriżi jew matul operazzjonijiet tal-istabbiliment tal-paċi jew taż-żamma tal-paċi
---+Artikolu 53 1.
---+Artikolu 53 2.
---+Artikolu 53 3.
---+Artikolu 53 4.
---+Artikolu 53 5.
|
Artikolu 53 Rekwiżiti proċedurali għall-importazzjonijiet minn pajjiż li għalih tapplika d-Deċiżjoni tal-OECD jew minn żoni oħra matul sitwazzjonijiet ta’ kriżi jew matul operazzjonijiet tal-istabbiliment tal-paċi jew taż-żamma tal-paċi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 53 1.
|
Meta l-iskart destinat għall-irkupru jiġi importat fl-Unjoni minn u tramite pajjiżi li għalihom tapplika d-Deċiżjoni tal-OECD, jew fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 52(1), il-punt (e), id-dispożizzjonijiet tat-Titolu II għandhom japplikaw mutatis mutandis, bl-adattamenti u d-dispożizzjonijiet addizzjonali stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3.
|
|
Artikolu 53 2.
|
Għandhom japplikaw l-adattamenti li ġejjin:
(a)
il-kunsens kif meħtieġ f’konformità mal-Artikolu 9 jista’ jiġi pprovdut fil-forma ta’ kunsens taċitu mill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ barra l-Unjoni;
(b)
il-vjeġġi ta’ skart destinat għal provi ta’ trattament sperimentali msemmija fl-Artikolu 4(5) għandhom ikunu soġġetti għall-proċedura ta’ notifika u ta’ kunsens bil-miktub minn qabel;
(c)
il-vjeġġi ta’ skart destinat għal analiżi fil-laboratorju msemmija fl-Artikolu 4(5) għandhom ikunu soġġetti għall-proċedura ta’ notifika u ta’ kunsens bil-miktub minn qabel, sakemm il-kwantità ta’ tali skart ma tkunx ġiet iddeterminata abbażi tal-kwantità minima raġonevolment meħtieġa biex l-analiżi titwettaq b’mod adegwat f’kull każ partikolari, u ma taqbiżx il-25 kg, f’liema każ għandhom japplikaw ir-rekwiżiti proċedurali tal-Artikolu 18;
(d)
id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 51(2), il-punti (a) sa (e), għandhom japplikaw;
(e)
il-faċilità msemmija fl-Artikoli 15(3) u 16(3) għandha tipprovdi l-konferma rispettiva fi żmien 3 ijiem tax-xogħol mill-wasla tal-iskart.
|
|
Artikolu 53 3.
|
L-Artikolu 51(3), għandu japplika wkoll.
|
|
Artikolu 53 4.
|
Il-vjeġġ jista’ jseħħ biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
in-notifikatur ikun irċieva kunsens bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ, tad-destinazzjoni u, meta jkun xieraq, tat-tranżitu, jew ikun ingħata jew jista’ jiġi preżunt, kunsens taċitu mill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ barra l-Unjoni, u l-kundizzjonijiet stabbiliti fid-deċiżjonijiet rispettivi jkunu ġew issodisfati;
(b)
il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 51(4), il-punti (b), (c) u (d), ikunu ġew issodisfati;
|
|
Artikolu 53 5.
|
Id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 51(5) u (6) għandhom japplikaw.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|