+Artikolu 62 Pjanijiet ta’ spezzjoni
---+Artikolu 62 1.
---+Artikolu 62 2.
---+Artikolu 62 3.
---+Artikolu 62 4.
---+Artikolu 62 5.
|
Artikolu 62 Pjanijiet ta’ spezzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 62 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fir-rigward tat-territorju ġeografiku kollu tagħhom, pjan wieħed jew iktar jiġu stabbiliti, separatament jew bħala parti definita b’mod ċar minn pjanijiet oħra, għal spezzjonijiet li għandhom jitwettqu skont l-Artikolu 60(1) (“pjan ta’ spezzjoni”). Il-pjanijiet ta’ spezzjoni għandhom ikunu bbażati fuq valutazzjoni tar-riskju li tkopri flussi ta’ skart u sorsi ta’ vjeġġi illegali speċifiċi, ir-riżultati ta’ spezzjonijiet preċedenti u, jekk ikun xieraq, jikkunsidraw id-data bbażata fuq l-intelligence bħal data dwar investigazzjonijiet mill-pulizija u mill-awtoritajiet doganali u l-analiżijiet tal-attivitajiet kriminali kif ukoll informazzjoni affidabbli minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi dwar vjeġġi illegali possibbli, informazzjoni rilevanti relatata mal-immaniġġjar tal-iskart li qed jiġi ttrasportat u informazzjoni li turi li vjeġġ għandu similaritajiet ma’ vjeġġi preċedentement identifikati bħala vjeġġi illegali. Dik il-valutazzjoni tar-riskji għandha tqis b’mod partikolari l-ħtieġa li jsiru verifiki dwar jekk il-persuni fiżiċi u ġuridiċi li jesportaw l-iskart mill-Unjoni jikkonformawx mal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 46. Dik il-valutazzjoni tar-riskju għandha timmira, fost l-oħrajn, li tidentifika l-għadd u l-frekwenza minima tal-ispezzjonijiet meħtieġa, inkluż kontrolli fiżiċi fuq l-istabbilimenti, l-impriżi, is-sensara, in-negozjanti u l-vjeġġi ta’ skart jew fuq l-irkupru jew ir-rimi relatati.
|
|
Artikolu 62 2.
|
Il-pjanijiet ta’ spezzjoni għandhom jinkludu, mill-inqas, l-elementi li ġejjin:
(a)
l-objettivi u l-prijoritajiet tal-ispezzjonijiet, inkluż deskrizzjoni ta’ kif ikunu ġew identifikati dawk l-objettivi u l-prijoritajiet;
(b)
iż-żona ġeografika koperta mill-pjan ta’ spezzjoni;
(c)
informazzjoni dwar l-ispezzjonijiet ippjanati, inkluż dwar għadd minimu ta’ spezzjonijiet u kontrolli fiżiċi li għandhom jitwettqu f’kull sena kalendarja fuq stabbilimenti, impriżi, sensara, negozjanti u vjeġġi ta’ skart jew fuq l-irkupru jew ir-rimi relatat, identifikati f’konformità mal-valutazzjoni tar-riskju msemmija fil-paragrafu 1;
(d)
il-kompiti assenjati lil kull awtorità involuta fl-ispezzjonijiet;
(e)
arranġamenti għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet involuti fl-ispezzjonijiet;
(f)
informazzjoni dwar it-taħriġ tal-ispetturi fir-rigward ta’ materji relatati mal-ispezzjonijiet; u
(g)
informazzjoni dwar ir-riżorsi umani, finanzjarji u oħrajn għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ spezzjoni.
|
|
Artikolu 62 3.
|
Pjan ta’ spezzjoni għandu jiġi rieżaminat mill-inqas kull tliet snin u għandu jiġi aġġornat, meta jkun xieraq. Dak ir-rieżami għandu jevalwa sa liema punt ikunu ġew implimentati l-objettivi u elementi oħra ta’ dik l-ispezzjoni.
|
|
Artikolu 62 4.
|
Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità applikabbli, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-pjanijiet ta’ spezzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u bi kwalunkwe reviżjoni sostanzjali tagħhom kull tliet snin, u għall-ewwel darba sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 62 5.
|
Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-pjanijiet ta’ spezzjoni nnotifikati mill-Istati Membri f’konformità mal-paragrafu 4 u, jekk ikun xieraq, tfassal rapporti, ibbażati fuq ir-rieżami ta’ dawn il-pjanijiet, dwar l-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu. Dawn ir-rapporti jistgħu jinkludu, fost l-oħrajn, rakkomandazzjonijiet dwar il-prijoritajiet tal-ispezzjonijiet u dwar il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni tal-infurzar bejn l-awtoritajiet rilevanti involuti fl-ispezzjonijiet. Dawn ir-rapporti jistgħu jiġu ppreżentati wkoll, meta jkun xieraq, fil-laqgħat tal-grupp ta’ infurzar tal-vjeġġi ta’ skart stabbilit skont l-Artikolu 66 u għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|