+Artikolu 62 2.

Artikolu 62 2.

Il-pjanijiet ta’ spezzjoni għandhom jinkludu, mill-inqas, l-elementi li ġejjin:

(a) 

l-objettivi u l-prijoritajiet tal-ispezzjonijiet, inkluż deskrizzjoni ta’ kif ikunu ġew identifikati dawk l-objettivi u l-prijoritajiet;

(b) 

iż-żona ġeografika koperta mill-pjan ta’ spezzjoni;

(c) 

informazzjoni dwar l-ispezzjonijiet ippjanati, inkluż dwar għadd minimu ta’ spezzjonijiet u kontrolli fiżiċi li għandhom jitwettqu f’kull sena kalendarja fuq stabbilimenti, impriżi, sensara, negozjanti u vjeġġi ta’ skart jew fuq l-irkupru jew ir-rimi relatat, identifikati f’konformità mal-valutazzjoni tar-riskju msemmija fil-paragrafu 1;

(d) 

il-kompiti assenjati lil kull awtorità involuta fl-ispezzjonijiet;

(e) 

arranġamenti għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet involuti fl-ispezzjonijiet;

(f) 

informazzjoni dwar it-taħriġ tal-ispetturi fir-rigward ta’ materji relatati mal-ispezzjonijiet; u

(g) 

informazzjoni dwar ir-riżorsi umani, finanzjarji u oħrajn għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ spezzjoni.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit