+Artikolu 62 1.
|
Artikolu 62 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fir-rigward tat-territorju ġeografiku kollu tagħhom, pjan wieħed jew iktar jiġu stabbiliti, separatament jew bħala parti definita b’mod ċar minn pjanijiet oħra, għal spezzjonijiet li għandhom jitwettqu skont l-Artikolu 60(1) (“pjan ta’ spezzjoni”). Il-pjanijiet ta’ spezzjoni għandhom ikunu bbażati fuq valutazzjoni tar-riskju li tkopri flussi ta’ skart u sorsi ta’ vjeġġi illegali speċifiċi, ir-riżultati ta’ spezzjonijiet preċedenti u, jekk ikun xieraq, jikkunsidraw id-data bbażata fuq l-intelligence bħal data dwar investigazzjonijiet mill-pulizija u mill-awtoritajiet doganali u l-analiżijiet tal-attivitajiet kriminali kif ukoll informazzjoni affidabbli minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi dwar vjeġġi illegali possibbli, informazzjoni rilevanti relatata mal-immaniġġjar tal-iskart li qed jiġi ttrasportat u informazzjoni li turi li vjeġġ għandu similaritajiet ma’ vjeġġi preċedentement identifikati bħala vjeġġi illegali. Dik il-valutazzjoni tar-riskji għandha tqis b’mod partikolari l-ħtieġa li jsiru verifiki dwar jekk il-persuni fiżiċi u ġuridiċi li jesportaw l-iskart mill-Unjoni jikkonformawx mal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 46. Dik il-valutazzjoni tar-riskju għandha timmira, fost l-oħrajn, li tidentifika l-għadd u l-frekwenza minima tal-ispezzjonijiet meħtieġa, inkluż kontrolli fiżiċi fuq l-istabbilimenti, l-impriżi, is-sensara, in-negozjanti u l-vjeġġi ta’ skart jew fuq l-irkupru jew ir-rimi relatati.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|