|
+Artikolu 67 5. |
Artikolu 67 5.Ir-rapporti mfassla abbażi tal-paragrafu 4, flimkien mal-evidenza kollha ta’ sostenn u mehmuża magħhom, għandhom jikkostitwixxu evidenza ammissibbli:
(a)
fi proċedimenti ġudizzjarji ta’ natura mhux kriminali quddiem il-qrati nazzjonali u fi proċedimenti amministrattivi fl-Istati Membri;
(b)
fi proċedimenti kriminali fl-Istat Membru fejn l-użu tagħhom jirriżulta li jkun meħtieġ bl-istess mod u taħt l-istess kundizzjonijiet bħal rapporti amministrattivi mfassla minn awtoritajiet amministrattivi nazzjonali u għandhom ikunu soġġetti għall-istess regoli ta’ evalwazzjoni bħal dawk applikabbli għal rapporti amministrattivi mfassla minn awtoritajiet amministrattivi nazzjonali u għandu jkollhom l-istess valur ta’ evidenza daqs tali rapporti;
(c)
fi proċedimenti ġudizzjarji quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Is-setgħa tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u tal-qrati nazzjonali u tal-awtoritajiet kompetenti li jivvalutaw liberament il-valur evidenzjali tar-rapporti mfassla mill-Kummissjoni f’konformità mal-paragrafu 4 ma għandhiex tiġi affettwata minn dan ir-Regolament. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|