+Artikolu 67 Dispożizzjonijiet ġenerali
---+Artikolu 67 1.
---+Artikolu 67 2.
---+Artikolu 67 3.
---+Artikolu 67 4.
---+Artikolu 67 5.
|
Artikolu 67 Dispożizzjonijiet ġenerali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 67 1.
|
Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 515/97, il-Kummissjoni għandha teżerċita s-setgħat mogħtija mill-Artikoli 67 sa 71 sabiex tappoġġa u tikkomplementa l-attivitajiet ta’ infurzar tal-Istati Membri u biex tikkontribwixxi għal implimentazzjoni uniformi ta’ dan ir-Regolament fl-Unjoni kollha.
|
|
Artikolu 67 2.
|
Il-Kummissjoni tista’ teżerċita s-setgħat mogħtija lilha minn dan ir-Regolament fir-rigward ta’ vjeġġi ta’ skart li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament skont l-Artikolu 2(1), li huma ta’ natura kumplessa u potenzjalment ikollhom effetti negattivi serji fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent u meta l-investigazzjoni meħtieġa jkollha dimensjoni transfruntiera li tinvolvi mill-inqas żewġ pajjiżi. Il-Kummissjoni tista’ tibda azzjonijiet skont dawn is-setgħat fuq l-inizjattiva tagħha stess, fuq talba tal-awtoritajiet ta’ Stat Membru wieħed jew iktar, jew fuq ilment jekk ikun hemm biżżejjed suspett li l-ġarr tas-sustanza jew tal-oġġett ikkonċernati jew il-vjeġġ ta’ skart ikkonċernat jikkostitwixxu vjeġġ illegali. Il-Kummissjoni tista’ tressaq ukoll tali lmenti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li ma taġixxix, għandha twieġeb lill-awtorità tal-Istati Membri jew lill-persuni li bagħtu l-ilment fi żmien raġonevoli, filwaqt li tiddikjara r-raġunijiet għaliex temmen li ma hemmx suspett suffiċjenti, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet ta’ interess pubbliku, bħall-protezzjoni tal-kunfidenzjalità ta’ proċedimenti amministrattivi jew kriminali, biex dan ma jsirx. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi wkoll lill-Istati Membri b’assistenza fl-organizzazzjoni ta’ kooperazzjoni mill-qrib u regolari bejn l-awtoritajiet kompetenti tagħhom skont l-Artikolu 71.
|
|
Artikolu 67 3.
|
Fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħha, il-Kummissjoni għandha tqis l-ispezzjonijiet, il-proċedimenti ta’ prosekuzzjoni, legali jew amministrattivi li jkunu għaddejjin jew li jkunu diġà twettqu fir-rigward tal-istess vjeġġi mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru skont dan ir-Regolament u għandha tiżgura li ma tinterferix f’tali proċedimenti. Meta teżerċita s-setgħat tagħha, il-Kummissjoni għandha tqis kwalunkwe talba għal posponiment minn awtorità ta’ Stat Membru permezz tal-persunal permanenti tagħha responsabbli għall-kooperazzjoni jew permezz tal-punti fokali msemmija fl-Artikolu 65(2).
|
|
Artikolu 67 4.
|
Malli tlesti l-azzjonijiet tagħha, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport. Jekk il-Kummissjoni tikkonkludi li l-ġarr tas-sustanza jew tal-oġġett ikkonċernati jew il-vjeġġ ta’ skart ikkonċernat jikkostitwixxi vjeġġ illegali, hija għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż jew tal-pajjiżi kkonċernat(i) b’dan u tirrakkomanda li tali vjeġġ illegali jiġi ttrattat f’konformità mal-Artikoli 25 u 26. Il-Kummissjoni tista’ wkoll tirrakkomanda ċertu segwitu lill-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri u, meta jkun meħtieġ, tinforma lill-istituzzjonijiet, lill-korpi, lill-uffiċċji u lill-aġenziji tal-Unjoni kkonċernati.
|
|
Artikolu 67 5.
|
Ir-rapporti mfassla abbażi tal-paragrafu 4, flimkien mal-evidenza kollha ta’ sostenn u mehmuża magħhom, għandhom jikkostitwixxu evidenza ammissibbli:
(a)
fi proċedimenti ġudizzjarji ta’ natura mhux kriminali quddiem il-qrati nazzjonali u fi proċedimenti amministrattivi fl-Istati Membri;
(b)
fi proċedimenti kriminali fl-Istat Membru fejn l-użu tagħhom jirriżulta li jkun meħtieġ bl-istess mod u taħt l-istess kundizzjonijiet bħal rapporti amministrattivi mfassla minn awtoritajiet amministrattivi nazzjonali u għandhom ikunu soġġetti għall-istess regoli ta’ evalwazzjoni bħal dawk applikabbli għal rapporti amministrattivi mfassla minn awtoritajiet amministrattivi nazzjonali u għandu jkollhom l-istess valur ta’ evidenza daqs tali rapporti;
(c)
fi proċedimenti ġudizzjarji quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
Is-setgħa tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u tal-qrati nazzjonali u tal-awtoritajiet kompetenti li jivvalutaw liberament il-valur evidenzjali tar-rapporti mfassla mill-Kummissjoni f’konformità mal-paragrafu 4 ma għandhiex tiġi affettwata minn dan ir-Regolament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|