+Artikolu 68 Spezzjonijiet mill-Kummissjoni
---+Artikolu 68 1.
---+Artikolu 68 2.
---+Artikolu 68 3.
---+Artikolu 68 4.
---+Artikolu 68 5.
---+Artikolu 68 6.
---+Artikolu 68 7.
---+Artikolu 68 8.
---+Artikolu 68 9.

Artikolu 68 Spezzjonijiet mill-Kummissjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 68 1.
Il-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 67, tista’ twettaq spezzjonijiet ta’ vjeġġi skont l-Artikolu 60(1) u (2) ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 68 2.
Il-Kummissjoni għandha twettaq spezzjoni biss meta jkun hemm suspett suffiċjenti ta’ vjeġġ illegali ta’ skart.
Artikolu 68 3.
Il-Kummissjoni għandha tħejji u twettaq spezzjonijiet f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru kkonċernat. Tali kooperazzjoni għandha tinkludi l-iskambju ta’ informazzjoni u l-iskambju ta’ fehmiet dwar l-ippjanar tal-ispezzjonijiet u l-passi li se jittieħdu. Il-Kummissjoni għandha tqis kwalunkwe spezzjoni, proċediment ta’ prosekuzzjoni, legali jew amministrattiv li jkun għaddej mill-awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji ta’ Stat Membru.

Il-Kummissjoni għandha tavża 15-il jum minn qabel dwar l-għan, l-iskop u l-bażi ġuridika tal-ispezzjonijiet lill-persunal permanenti responsabbli għall-kooperazzjoni jew il-punti fokali msemmija fl-Artikolu 65(2) fl-Istat Membru kkonċernat li fit-territorju tiegħu għandha titwettaq l-ispezzjoni, sabiex l-awtoritajiet rilevanti jkunu jistgħu jipprovdu l-assistenza meħtieġa. Għal dak l-għan, l-uffiċjali tal-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru kkonċernat għandhom jingħataw l-opportunità li jipparteċipaw fl-ispezzjonijiet. F’każijiet urġenti, jekk ma jkunx possibbli li jiġi rrispettat l-avviż ta’ 15-il jum, il-Kummissjoni għandha tagħti avviż fl-ewwel mument utli.

Barra minn hekk, fuq talba tal-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru kkonċernat, l-ispezzjonijiet għandhom jitwettqu b’mod konġunt mill-Kummissjoni u mill-awtoritajiet rilevanti ta’ dak l-Istat Membru.

Artikolu 68 4.
Il-persunal u persuni oħra li jakkumpanjawhom li jkunu awtorizzati mill-Kummissjoni biex iwettqu spezzjoni għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom billi jipproduċu awtorizzazzjoni bil-miktub li tispeċifika s-suġġett u l-iskop tal-ispezzjoni.
Artikolu 68 5.

Il-persunal tal-Kummissjoni li jwettaq spezzjoni għandu jkollu s-setgħa li:

(a) 

ikollu aċċess għal kwalunkwe bini, art u mezz ta’ trasport tan-notifikatur, tal-persuna li torganizza l-vjeġġ, il-produttur tal-iskart, id-detentur tal-iskart, it-trasportatur, id-destinatarju jew il-faċilità li tirċievi l-iskart;

(b) 

jeżamina kwalunkwe dokument rilevanti relatat mas-suġġett u l-iskop tal-ispezzjonijiet, irrispettivament mill-mezz li fuqu jkunu maħżuna, u jieħu jew jikseb fi kwalunkwe forma kopji ta’ tali dokumenti jew siltiet minnhom;

(c) 

jistaqsi lin-notifikatur, lill-persuna li torganizza l-vjeġġ, lill-produttur tal-iskart, lid-detentur tal-iskart, lit-trasportatur, lid-destinatarju jew lill-faċilità li tirċievi l-iskart għal spjegazzjonijiet dwar fatti jew dokumenti relatati mas-suġġett u l-iskop tal-ispezzjonijiet u biex jirreġistra t-tweġibiet;

(d) 

jieħu u jirreġistra dikjarazzjonijiet min-notifikatur, mill-persuna li torganizza l-vjeġġ, mill-produttur tal-iskart, mid-detentur tal-iskart, mit-trasportatur, mid-destinatarju jew mill-faċilità li tirċievi l-iskart relatati mas-suġġett u l-iskop tal-ispezzjonijiet;

(e) 

jikkontrolla l-iskart fiżikament u jieħu kampjuni tal-iskart għat-testijiet fil-laboratorju, meta jkun xieraq.

Artikolu 68 6.
In-notifikatur, il-persuna li torganizza l-vjeġġ, il-produttur tal-iskart, id-detentur tal-iskart, it-trasportatur tal-iskart, id-destinatarju u l-faċilità li tirċievi l-iskart għandhom jikkooperaw mal-Kummissjoni matul l-ispezzjonijiet tagħha.
Artikolu 68 7.
L-awtoritajiet tal-Istati Membri involuti fl-ispezzjonijiet dwar il-vjeġġi ta’ skart li fit-territorju tagħhom għandha titwettaq l-ispezzjoni tal-Kummissjoni għandhom, fuq talba tal-Kummissjoni, jipprovdu l-assistenza meħtieġa lill-persunal tal-Kummissjoni.
Artikolu 68 8.
In-notifikatur, il-persuna li torganizza l-vjeġġ, il-produttur tal-iskart, id-detentur tal-iskart, it-trasportatur tal-iskart, id-destinatarju u l-faċilità li tirċievi l-iskart huma meħtieġa jissottomettu ruħhom għall-ispezzjonijiet tal-Kummissjoni.
Artikolu 68 9.
Meta l-Kummissjoni ssib li n-notifikatur, il-persuna li torganizza l-vjeġġ, il-produttur tal-iskart, id-detentur tal-iskart, it-trasportatur tal-iskart, id-destinatarju jew il-faċilità li tirċievi l-iskart jopponu spezzjoni, l-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru kkonċernat għandhom jagħtu lill-Kummissjoni l-assistenza meħtieġa, filwaqt li jitolbu meta jkun xieraq l-assistenza tal-awtoritajiet ta’ infurzar, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ twettaq l-ispezzjoni tagħha. Jekk tali assistenza teħtieġ awtorizzazzjoni minn awtorità ġudizzjarja skont ir-regoli nazzjonali, għandha ssir applikazzjoni għal tali awtorizzazzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit