|
+Artikolu 68 5. |
Artikolu 68 5.Il-persunal tal-Kummissjoni li jwettaq spezzjoni għandu jkollu s-setgħa li:
(a)
ikollu aċċess għal kwalunkwe bini, art u mezz ta’ trasport tan-notifikatur, tal-persuna li torganizza l-vjeġġ, il-produttur tal-iskart, id-detentur tal-iskart, it-trasportatur, id-destinatarju jew il-faċilità li tirċievi l-iskart;
(b)
jeżamina kwalunkwe dokument rilevanti relatat mas-suġġett u l-iskop tal-ispezzjonijiet, irrispettivament mill-mezz li fuqu jkunu maħżuna, u jieħu jew jikseb fi kwalunkwe forma kopji ta’ tali dokumenti jew siltiet minnhom;
(c)
jistaqsi lin-notifikatur, lill-persuna li torganizza l-vjeġġ, lill-produttur tal-iskart, lid-detentur tal-iskart, lit-trasportatur, lid-destinatarju jew lill-faċilità li tirċievi l-iskart għal spjegazzjonijiet dwar fatti jew dokumenti relatati mas-suġġett u l-iskop tal-ispezzjonijiet u biex jirreġistra t-tweġibiet;
(d)
jieħu u jirreġistra dikjarazzjonijiet min-notifikatur, mill-persuna li torganizza l-vjeġġ, mill-produttur tal-iskart, mid-detentur tal-iskart, mit-trasportatur, mid-destinatarju jew mill-faċilità li tirċievi l-iskart relatati mas-suġġett u l-iskop tal-ispezzjonijiet;
(e)
jikkontrolla l-iskart fiżikament u jieħu kampjuni tal-iskart għat-testijiet fil-laboratorju, meta jkun xieraq. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|