Artikolu 72
Format tal-komunikazzjonijiet
Meta d-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 27 ma japplikawx jew meta atturi barra l-Unjoni ma jkunux konnessi mas-sistema ċentrali msemmija fl-Artikolu 27(3), l-atturi rilevanti jistgħu jissottomettu u jiskambjaw l-informazzjoni u d-dokumenti msemmija f’dan ir-Regolament bil-posta, bil-faks, bl-email b’firma diġitali, bl-email mingħajr firma diġitali segwita bil-posta jew, meta jkun hemm qbil bejn l-atturi kkonċernati, bl-email mingħajr firma diġitali. Fil-każ ta’ email b’firma diġitali, kwalunkwe timbru jew firma meħtieġa għandhom jiġu sostitwiti bil-firma diġitali.