+Artikolu 73 5.

Artikolu 73 5.

Wara l-21 ta’ Mejju 2029, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport li jivvaluta jekk l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Artikoli 39 sa 46 żguratx il-ġestjoni li tħares l-ambjent tal-iskart tal-plastik, kemm fl-UE kif ukoll fil-pajjiżi fejn tali skart ġie esportat mill-Unjoni, kif ukoll jekk seħħewx effetti negattivi sinifikanti fuq it-trattament tal-i ►C1  skart fil-livell nazzjonali ◄ fil-pajjiżi importaturi. Għandha tqis l-informazzjoni u l-elementi pprovduti mill-Istati Membri involuti fl-esportazzjoni tal-iskart tal-plastik, mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi tal-importazzjoni, kif ukoll mill-operaturi ekonomiċi u mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.

Ir-rapport għandu jipprovdi wkoll informazzjoni dwar l-evoluzzjoni tal-kapaċità tal-operaturi tal-iskart fl-Unjoni li jimmaniġġjaw l-iskart tal-plastik iġġenerat fl-Istati Membri u importat fl-Unjoni b’mod li jħares l-ambjent.

Ir-rapport għandu jivvaluta wkoll jekk id-dispożizzjonijiet dwar il-vjeġġi tal-iskart bejn l-Istati Membri kkontribwewx għat-titjib tal-immaniġġjar tal-iskart tal-plastik, speċjalment billi jħares lejn il-klassifikazzjoni tal-iskart tal-plastik taħt l-entrata EU3011.

Dan ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk xieraq, minn proposta leġiżlattiva biex dan ir-Regolament jiġi emendat, li tista’ tinkludi kundizzjonijiet aktar stretti dwar l-esportazzjoni tal-iskart tal-plastik lejn pajjiżi terzi, inklużi projbizzjonijiet tal-esportazzjoni.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit