+Artikolu 73 Rapportar
---+Artikolu 73 1.
---+Artikolu 73 2.
---+Artikolu 73 3.
---+Artikolu 73 4.
---+Artikolu 73 5.
|
Artikolu 73 Rapportar
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 73 1.
|
Qabel it-tmiem ta’ kull sena kalendarja, kull Stat Membru għandu jissottometti lill-Kummissjoni kopja tar-rapport li jkun fassal u ssottometta lis-Segretarjat ta’ dik il-Konvenzjoni għas-sena kalendarja preċedenti f’konformità mal-Artikolu 13(3) tal-Konvenzjoni ta’ Basilea.
|
|
Artikolu 73 2.
|
Qabel it-tmiem ta’ kull sena kalendarja, l-Istati Membri għandhom ifasslu wkoll rapport għas-sena kalendarja preċedenti, ibbażat fuq il-kwestjonarju ta’ rapportar addizzjonali fl-Anness XI, u jissottomettuh lill-Kummissjoni. Fi żmien xahar mis-sottomissjoni ta’ dak ir-rapport lill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jagħmlu t-taqsima ta’ dak ir-rapport relatata mal-Artikoli 25, 60(1) u 63(1), inkluż it-Tabella 7 tal-Anness XI, disponibbli pubblikament, elettronikament permezz tal-Internet, flimkien ma’ kwalunkwe spjegazzjoni li l-Istati Membri jqisu li tkun xierqa, u jinformaw lill-Kummissjoni dwar il-hyperlinks relatati. Il-Kummissjoni għandha tiġbor lista tal-hyperlinks tal-Istati Membri u tagħmilha disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tagħha.
|
|
Artikolu 73 3.
|
Ir-rapporti mfassla mill-Istati Membri f’konformità mal-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu sottomessi lill-Kummissjoni elettronikament.
|
|
Artikolu 73 4.
|
Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina d-data rrapportata f’konformità ma’ dan l-Artikolu u għandha tippubblika rapport bir-riżultati tar-rieżami tagħha. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tindirizza f’dak ir-rapport l-elementi li ġejjin:
(a)
ix-xejriet fil-vjeġġi illegali u l-aħjar prattiki biex jiġu indirizzati tali vjeġġi, filwaqt li jitqiesu r-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-grupp ta’ infurzar tal-vjeġġi ta’ skart imsemmi fl-Artikolu 66;
(b)
l-effiċjenza tal-proċedura ta’ notifika u ta’ kunsens bil-miktub minn qabel stabbilita fil-Kapitolu 1 tat-Titolu II, u b’mod partikolari l-iskedi ta’ żmien relatati fost l-oħrajn billi jiġu analizzati elementi bħan-numru ta’ oġġezzjonijiet u kunsensi, u ż-żmien bejn is-sottomissjoni ta’ notifika u d-deċiżjoni meħuda dwarha, abbażi ta’ data maħżuna fis-sistema msemmija fl-Artikolu 27;
(c)
il-kontribut ta’ dan ir-Regolament għan-newtralità klimatika, il-kisba ta’ ekonomija ċirkolari u tniġġis żero, filwaqt li jitqiesu r-rapporti u d-data ppubblikati mill-aġenziji rilevanti tal-Unjoni.
L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għandha tappoġġa lill-Kummissjoni fil-kompitu tal-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, billi, fejn ikun xieraq, tfassal rapporti li jipprovdu analiżi tal-vjeġġi ta’ flussi ta’ skart speċifiċi, u l-impatti ambjentali tagħhom. Ir-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jitfassal għall-ewwel darba sal-31 ta’ Diċembru 2029 u kull tliet snin minn hemm ’il quddiem.
|
|
Artikolu 73 5.
|
Wara l-21 ta’ Mejju 2029, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport li jivvaluta jekk l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Artikoli 39 sa 46 żguratx il-ġestjoni li tħares l-ambjent tal-iskart tal-plastik, kemm fl-UE kif ukoll fil-pajjiżi fejn tali skart ġie esportat mill-Unjoni, kif ukoll jekk seħħewx effetti negattivi sinifikanti fuq it-trattament tal-i
►C1
skart fil-livell nazzjonali ◄ fil-pajjiżi importaturi. Għandha tqis l-informazzjoni u l-elementi pprovduti mill-Istati Membri involuti fl-esportazzjoni tal-iskart tal-plastik, mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi tal-importazzjoni, kif ukoll mill-operaturi ekonomiċi u mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Ir-rapport għandu jipprovdi wkoll informazzjoni dwar l-evoluzzjoni tal-kapaċità tal-operaturi tal-iskart fl-Unjoni li jimmaniġġjaw l-iskart tal-plastik iġġenerat fl-Istati Membri u importat fl-Unjoni b’mod li jħares l-ambjent. Ir-rapport għandu jivvaluta wkoll jekk id-dispożizzjonijiet dwar il-vjeġġi tal-iskart bejn l-Istati Membri kkontribwewx għat-titjib tal-immaniġġjar tal-iskart tal-plastik, speċjalment billi jħares lejn il-klassifikazzjoni tal-iskart tal-plastik taħt l-entrata EU3011. Dan ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk xieraq, minn proposta leġiżlattiva biex dan ir-Regolament jiġi emendat, li tista’ tinkludi kundizzjonijiet aktar stretti dwar l-esportazzjoni tal-iskart tal-plastik lejn pajjiżi terzi, inklużi projbizzjonijiet tal-esportazzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|