+Artikolu 79 Emenda tal-Annessi minn I sa X u XII
---+Artikolu 79 1.
---+Artikolu 79 2.
---+Artikolu 79 3.
---+Artikolu 79 4.
---+Artikolu 79 5.
---+Artikolu 79 6.
---+Artikolu 79 7.
---+Artikolu 79 8.
|
Artikolu 79 Emenda tal-Annessi minn I sa X u XII
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 79 1.
|
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 80 biex temenda l-Annessi IA, IB, IC, II, III, IIIA, IIIB, IV, V, VI u VII sabiex jitqiesu l-bidliet maqbula skont il-Konvenzjoni ta’ Basilea u d-Deċiżjoni tal-OECD.
|
|
Artikolu 79 2.
|
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 80 biex temenda l-Anness IC, sabiex tadattah għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 27, wara l-21 ta’ Mejju 2026.
|
|
Artikolu 79 3.
|
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 80 biex temenda l-Anness IIIA, sabiex, wara s-sottomissjoni ta’ talba minn Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, tinkludi f’dak l-Anness taħlitiet ta’ żewġ tipi ta’ skart jew aktar elenkati fl-Anness III, dment li l-kompożizzjoni ta’ dawk it-taħlitiet ta’ skart ma tfixkilx l-irkupru tagħhom b’mod li jħares l-ambjent u meta jintwera li t-taħlita ta’ skart inkwistjoni se tiġi mmaniġġjata b’mod li jħares l-ambjent fl-Unjoni, u tistabbilixxi li waħda jew aktar mill-entrati fl-Anness IIIA għandhom japplikaw biss għal vjeġġi bejn l-Istati Membri fejn jintwera li t-taħlita ta’ skart inkwistjoni ma tkunx ser tiġi ġestita b’mod li jħares l-ambjent f’pajjiżi li għalihom tapplika d-Deċiżjoni tal-OECD.
|
|
Artikolu 79 4.
|
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 80 biex temenda l-Anness IIIB, sabiex, wara s-sottomissjoni ta’ talba minn Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, tinkludi f’dak l-Anness skart mhux perikoluż mhux elenkat fl-Anness III, fl-Anness IV jew fl-Anness V, meta jintwera li l-iskart inkwistjoni se jiġi mmaniġġjat b’mod li jħares l-ambjent fl-Unjoni.
|
|
Artikolu 79 5.
|
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 80 biex temenda l-Anness VII fir-rigward tal-forma u l-kontenut tal-informazzjoni msemmija f’dak l-Anness, abbażi tal-esperjenza miksuba matul l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u biex taġġorna l-forma u l-informazzjoni f’dak l-Anness rigward il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u l-gwida internazzjonali fir-rigward tal-ġestjoni li tħares l-ambjent abbażi tal-iżviluppi fil-fora internazzjonali rilevanti jew fil-livell tal-Unjoni u biex tqis il-progress xjentifiku u tekniku.
|
|
Artikolu 79 6.
|
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 80 biex temenda l-Anness IX, sabiex taġġorna l-listi ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni u gwida internazzjonali fir-rigward tal-ġestjoni li tħares l-ambjent abbażi tal-iżviluppi fil-livell tal-Unjoni jew fil-fora internazzjonali rilevanti.
|
|
Artikolu 79 7.
|
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 80 biex temenda l-Anness X fir-rigward tal-kriterji f’dak l-Anness, abbażi tal-esperjenzi miksuba matul l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u biex taġġorna l-informazzjoni f’dak l-Anness rigward il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u l-gwida internazzjonali abbażi tal-iżviluppi fil-fora internazzjonali rilevanti jew fil-livell tal-Unjoni fir-rigward tal-ġestjoni li tħares l-ambjent u biex tqis il-progress xjentifiku u tekniku.
|
|
Artikolu 79 8.
|
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 80 biex temenda l-Anness XII fir-rigward tal-informazzjoni f’dak l-Anness, abbażi tal-esperjenza miksuba matul l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|