+Artikolu 85 Tħassir u dispożizzjonijiet tranżitorji
---+Artikolu 85 1.
---+Artikolu 85 2.
---+Artikolu 85 3.
---+Artikolu 85 4.
---+Artikolu 85 5.
---+Artikolu 85 6.
---+Artikolu 85 7.
---+Artikolu 85 8.

Artikolu 85 Tħassir u dispożizzjonijiet tranżitorji

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 85 1.
Ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 huwa mħassar b’effett mill-20 ta’ Mejju 2024.
Artikolu 85 2.

Madankollu, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 għandhom ikomplu japplikaw sal-21 ta’ Mejju 2026 ħlief għal:

(a) 

l-Artikolu 30 li għandu jieqaf japplika mill-20 ta’ Mejju 2024;

(b) 

l-Artikolu 37 li għandu jkompli japplika sal-21 ta’ Mejju 2027;

(c) 

l-Artikolu 51 li għandu jkompli japplika sal-31 ta’ Diċembru 2025.

Artikolu 85 3.
Ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 għandu jkompli japplika wkoll għal vjeġġi li għalihom tkun ġiet sottomessa notifika f’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament u li għalihom l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni tkun tat il-konferma tagħha f’konformità mal-Artikolu 8 ta’ dak ir-Regolament qabel il-21 ta’ Mejju 2026. Għal dawk il-vjeġġi, id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw.
Artikolu 85 4.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1418/2007 ( 15 ) huwa mħassar b’effett mill-21 ta’ Mejju 2027.
Artikolu 85 5.
L-irkupru jew ir-rimi ta’ skart fi vjeġġ li għalih l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jkunu taw il-kunsens tagħhom f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 għandu jitlesta mhux aktar tard minn sena mill-21 ta’ Mejju 2026.
Artikolu 85 6.
Il-vjeġġi li għalihom l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jkunu taw il-kunsens tagħhom f’konformità mal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 għandhom jitlestew mhux aktar tard minn tliet snin mill-21 ta’ Mejju 2026.
Artikolu 85 7.
Kunsens minn qabel ta’ faċilità f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 ma għandux jibqa’ validu mhux aktar tard minn ħames snin mi mill-20 ta’ Mejju 2024.
Artikolu 85 8.
Ir-referenzi għar-Regolament imħassar (KE) Nru 1013/2006 għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw f’konformità mat-tabella ta’ korrelazzjoni stabbilita fl-Anness XIII.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit