+ANNESS IIIA TAĦLITIET TA’ SKART ELENKATI FL-ANNESS III D MENT LI L-KOMPOŻIZZJONI TA’ DAWK IT-TAĦLITIET MA TFIXKILX IL-ĠESTJONI TAGĦHOM LI TĦARES L-AMBJENT KIF IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4(4)(b)

ANNESS IIIA TAĦLITIET TA’ SKART ELENKATI FL-ANNESS III D MENT LI L-KOMPOŻIZZJONI TA’ DAWK IT-TAĦLITIET MA TFIXKILX IL-ĠESTJONI TAGĦHOM LI TĦARES L-AMBJENT KIF IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4(4)(b)




ANNESS IIIA

TAĦLITIET TA’ SKART ELENKATI FL-ANNESS III D MENT LI L-KOMPOŻIZZJONI TA’ DAWK IT-TAĦLITIET MA TFIXKILX IL-ĠESTJONI TAGĦHOM LI TĦARES L-AMBJENT KIF IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4(4)(b)

1. Irrispettivament minn jekk it-taħlitiet tal-iskart jiġux inklużi jew le f’din il-lista, dawn ma jistgħux ikunu soġġetti għar-rekwiżiti ta’ informazzjoni ġenerali stipulati fl-Artikolu 18 jekk ikunu kkontaminati b’materjali oħrajn sal-punt li:

(a) 

jiżdiedu r-riskji assoċjati mal-iskart b’mod suffiċjenti li jkun xieraq li jiġu sottoposti għall-proċedura ta’ notifika u ta’ kunsens bil-miktub minn qabel, meta jitqiesu l-lista tal-iskart imsemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2008/98/KE kif ukoll il-proprjetajiet perikolużi elenkati fl-Anness III ta’ dik id-Direttiva; jew

(b) 

l-irkupru tal-iskart ma jkunx jista’ jsir b’mod li jħares l-ambjent.

2. It-taħlitiet ta’ skart li ġejjin huma inklużi f’dan l-Anness:

(a) 

taħlitiet ta’ skart ikklassifikati taħt l-entrati B1010 u B1050 ta’ Basilea;

(b) 

taħlitiet ta’ skart ikklassifikati taħt l-entrati B1010 u B1070 ta’ Basilea;

(c) 

taħlitiet ta’ skart ikklassifikati taħt l-entrati B3040 u B3080 ta’ Basilea;

(d) 

taħlitiet ta’ skart ikklassifikati taħt l-entrata GB040 (tal-OECD) u taħt l-entrata B1100 ta’ Basilea ristretti għal żingu mhux pur u iebes, ħmieġ tal-metalli li fih iż-żingu, xkuma tal-aluminju li teskludi gagazza tal-melħ u skart ta’ kisi ta’ rifrattarji, li jinkludi griġjoli, li joriġina minn smelting tar-ram;

(e) 

taħlitiet ta’ skart ikklassifikati taħt l-entrata GB040 (tal-OECD), taħt l-entrata B1070 u B1100 ta’ Basilea ristretti għal skart ta’ kisi rifrattarju, li jinkludi griġjoli, li joriġina minn smelting tar-ram.

3. It-taħlitiet ta’ skart li ġejjin, ikklassifikati taħt inċiżi separati jew subinċiżi tal-istess entrata, huma inklużi f’dan l-Anness:

(a) 

taħlitiet ta’ skart ikklassifikati taħt l-entrata B1010 ta’ Basilea;

(b) 

taħlitiet ta’ skart ikklassifikati taħt l-entrata B2010 ta’ Basilea;

(c) 

taħlitiet ta’ skart ikklassifikati taħt l-entrata B2030 ta’ Basilea;

(d) 

taħlitiet ta’ skart ikklassifikati taħt l-entrata B3020 ta’ Basilea ristretti għal karta jew kartun mhux ibbliċjati jew minn karti jew kartun immewġin, karta oħra jew kartun ieħor, magħmul(a) prinċipalment minn polpa kimika bbliċjata fil-biċċa l-kbira mhux miżbugħ(a), karta jew kartun magħmulin prinċipalment minn polpa mekkanika (pereżempju gazzetti, ġurnali u materjal simili stampat);

(e) 

taħlitiet ta’ skart ikklassifikati taħt l-entrata B3030 ta’ Basilea;

(f) 

taħlitiet ta’ skart ikklassifikati taħt l-entrata B3040 ta’ Basilea;

(g) 

taħlitiet ta’ skart ikklassifikati taħt l-entrata B3050 ta’ Basilea.

4. Għall-vjeġġi destinati għar-riċiklaġġ fl-Unjoni, it-taħlitiet ta’ skart li ġejjin ( 23 ) ikklassifikati f’inċiżi separati jew f’subinċiżi tal-istess entrata, huma inklużi f’dan l-Anness:

(a) 

taħlitiet ta’ skart ikklassifikati fl-entrata EU3011 u elenkati fl-inċiż li jirreferi għall-polimeri mhux aloġenati;

(b) 

taħlitiet ta’ skart ikklassifikati fl-entrata EU3011 u elenkati fl-inċiż li jirreferi għar-reżini mwebbsa jew prodotti tal-kondensazzjoni;

(c) 

taħlitiet ta’ skart ikklassifikati fl-entrata EU3011 u elenkati bħala “alkani perfluworoalkossiċi”.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit