2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom iwettqu valutazzjoni tar-riskju tas-servizzi tal-logħob tal-azzard li tivvaluta:
|
(a)
|
it-theddid u l-vulnerabbiltajiet f’termini ta’ ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu, u l-fatturi mitiganti tas-servizzi tal-logħob tal-azzard;
|
|
(b)
|
ir-riskji assoċjati mad-daqs tat-tranżazzjonijiet u mal-metodi ta’ pagament użati;
|
|
(c)
|
iż-żona ġeografika li fiha jingħataw is-servizzi tal-logħob tal-azzard, inkluż id-dimensjoni transfruntiera u l-aċċessibbiltà tagħhom minn Stati Membri oħra jew pajjiżi terzi.
|
Meta jwettqu l-valutazzjonijiet tar-riskju msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu , l-Istati Membri għandhom iqisu s-sejbiet tal-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni mmexxija mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva (UE) 2024/1640.