+Artikolu 16 3

Artikolu 16 3

3.   Il-politiki, il-proċeduri u l-kontrolli li għandhom x’jaqsmu mal-kondiviżjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jirrikjedu li l-entitajiet marbutin b’obbligu fi ħdan il-grupp jiskambjaw informazzjoni meta tali kondiviżjoni tkun rilevanti għall-finijiet tad-diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti u l-ġestjoni tar-riskji tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu. Il-kondiviżjoni ta’ informazzjoni fi ħdan il-grupp għandha tkopri b’mod partikolari l-identità u l-karatteristiċi tal-klijent, tas-sidien benefiċjarji tiegħu jew tal-persuna li f’isimha jaġixxi l-klijent, in-natura u l-iskop tar-relazzjoni tan-negozju u tat-tranżazzjonijiet okkażjonali u s-suspetti, akkumpanjati mill-analiżijiet sottostanti, li l-fondi jkunu r-rikavati minn attività kriminali jew ikunu relatati mal-finanzjament tat-terroriżmu rrapportat lill-FIU skont l-Artikolu 69, sakemm ma jingħatawx struzzjonijiet mod ieħor mill-FIU.

Il-politiki, il-proċeduri u l-kontrolli għall-grupp kollu m’għandhomx iżommu lill-entitajiet fi ħdan grupp li ma jkunux entitajiet marbutin b’obbligu milli jipprovdu informazzjoni lill-entitajiet marbutin b’obbligu fi ħdan l-istess grupp meta tali kondiviżjoni tkun rilevanti għal dawk l-entitajiet marbutin b’obbligu biex jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament.

L-impriżi omm għandhom jistabbilixxu politiki, proċeduri u kontrolli għall-grupp kollu sabiex jiżguraw li l-informazzjoni skambjata skont l-ewwel u t-tieni subparagrafu tkun soġġetta għal garanziji suffiċjenti f’termini ta’ kunfidenzjalità, ta’ protezzjoni tad-data u ta’ użu tal-informazzjoni, inkluż sabiex tiġi evitata d-divulgazzjoni tagħha.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit