|
+Artikolu 21 1 |
Artikolu 21 11. Meta entità marbuta b’obbligu ma tkunx tista’ tikkonforma mar-rekwiżit li tapplika l-miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti stabbiliti fl-Artikolu 20(1), hija għandha toqgħod lura milli twettaq tranżazzjoni jew milli tistabbilixxi relazzjoni tan-negozju, u għandha ttemm ir-relazzjoni tan-negozju u tikkunsidra li tirrapporta tranżazzjonijiet suspettużi lill-FIU fir-rigward tal-klijent f’konformità mal-Artikolu 69. It-terminazzjoni ta’ relazzjoni tan-negozju skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandhiex tipprojbixxi r-riċevuta ta’ fondi kif definita fl-Artikolu 4, il-punt (25), tad-Direttiva (UE) 2015/2366 dovuti lill-entità marbuta b’obbligu. Meta entità marbuta b’obbligu jkollha d-dmir li tipproteġi l-assi tal-klijent tagħha, it-terminazzjoni tar-relazzjoni tan-negozju ma għandhiex tinftiehem li teħtieġ id-disponiment tal-assi tal-klijent. Fil-każ ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni tal-ħajja, l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom, fejn meħtieġ bħala miżura alternattiva għat-terminazzjoni tar-relazzjoni tan-negozju, iżommu lura milli jwettqu tranżazzjonijiet għall-klijent, inkluż pagamenti lill-benefiċjarji, sakemm il-miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti stabbiliti fl-Artikolu 20(1) jiġu mħarsa. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|