3. Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 2, l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jirrieżaminaw u, fejn rilevanti, jaġġornaw l-informazzjoni dwar il-klijent meta:
|
(a)
|
ikun hemm bidla fiċ-ċirkostanzi rilevanti ta’ klijent;
|
|
(b)
|
l-entità marbuta b’obbligu jkollha obbligu legali matul is-sena kalendarja rilevanti li tikkuntattja lill-klijent għall-fini tar-rieżami ta’ kwalunkwe informazzjoni rilevanti relatata mas-sid(ien) benefiċjarju/i jew li tikkonforma mad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE (42);
|
|
(c)
|
isiru jafu b’fatt rilevanti marbut mal-klijent.
|