+Artikolu 26 Monitoraġġ kontinwu tar-relazzjoni tan-negozju u monitoraġġ tat-tranżazzjonijiet imwettqa mill-klijenti
---+Artikolu 26 1
---+Artikolu 26 2
---+Artikolu 26 3
---+Artikolu 26 4
---+Artikolu 26 5
|
Artikolu 26 Monitoraġġ kontinwu tar-relazzjoni tan-negozju u monitoraġġ tat-tranżazzjonijiet imwettqa mill-klijenti
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 26 1
|
1. L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom iwettqu monitoraġġ kontinwu tar-relazzjonijiet tan-negozju, inkluż tranżazzjonijiet imwettqa mill-klijent matul relazzjoni tan-negozju, sabiex jiżguraw li dawk it-tranżazzjonijiet ikunu konsistenti mal-għarfien tal-entità marbuta b’obbligu dwar il-klijent, l-attività kummerċjali u l-profil tar-riskju tal-klijent, u fejn neċessarju, mal-informazzjoni dwar l-oriġini u d-destinazzjoni tal-fondi u sabiex jiġu identifikati dawk it-tranżazzjonijiet li għandhom ikunu soġġetti għal valutazzjoni aktar bir-reqqa skont l-Artikolu 69(2).
Meta r-relazzjonijiet tan-negozju jkopru aktar minn prodott jew servizz wieħed, l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jiżguraw li l-miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti jkopru dawk il-prodotti u s-servizzi kollha.
Meta l-entitajiet marbutin b’obbligu li jappartjenu għal grupp ikollhom relazzjonijiet kummerċjali ma’ klijenti li jkunu wkoll il-klijenti ta’ entitajiet oħra f’dak il-grupp, kemm jekk entitajiet marbutin b’obbligu kif ukoll jekk impriżi mhux soġġetti għar-rekwiżiti tal-AML/CFT, huma għandhom iqisu l-informazzjoni relatata ma’ dawk ir-relazzjonijiet tan-negozju l-oħrajn għall-finijiet tal-monitoraġġ tar-relazzjoni tan-negozju mal-klijenti tagħhom.
|
|
Artikolu 26 2
|
2. Fil-kuntest tal-monitoraġġ kontinwu msemmi fil-paragrafu 1, l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jiżguraw li d-dokumenti, id-data jew l-informazzjoni rilevanti tal-klijent jinżammu aġġornati.
Il-perjodu bejn l-aġġornamenti tal-informazzjoni tal-klijenti skont l-ewwel subparagrafu għandha tkun dipendenti fuq ir-riskju ppreżentat mir-relazzjoni tan-negozju u fi kwalunkwe każ ma għandhiex taqbeż:
|
(a)
|
għall-klijenti b’riskju ogħla li għalihom japplikaw il-miżuri skont it-Taqsima 4 ta’ dan il-Kapitolu, sena;
|
|
(b)
|
għall-klijenti l-oħra kollha, ħames snin.
|
|
|
Artikolu 26 3
|
3. Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 2, l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jirrieżaminaw u, fejn rilevanti, jaġġornaw l-informazzjoni dwar il-klijent meta:
|
(a)
|
ikun hemm bidla fiċ-ċirkostanzi rilevanti ta’ klijent;
|
|
(b)
|
l-entità marbuta b’obbligu jkollha obbligu legali matul is-sena kalendarja rilevanti li tikkuntattja lill-klijent għall-fini tar-rieżami ta’ kwalunkwe informazzjoni rilevanti relatata mas-sid(ien) benefiċjarju/i jew li tikkonforma mad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE (42);
|
|
(c)
|
isiru jafu b’fatt rilevanti marbut mal-klijent.
|
|
|
Artikolu 26 4
|
4. Minbarra l-monitoraġġ kontinwu msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jivverifikaw regolarment jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 20(1), il-punt (d), humiex issodisfati. Il-frekwenza ta’ dik il-verifika għandha tkun proporzjonata mal-iskopertura tal-entità marbuta b’obbligu u r-relazzjoni tan-negozju għar-riskji ta’ nuqqas ta’ implimentazzjoni u ta’ evażjoni ta’ sanzjonijiet finanzjarji mmirati.
Għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji, il-verifika msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha titwettaq ukoll ma’ kull deżinjazzjoni ġdida fir-rigward ta’ sanzjonijiet finanzjarji mmirati.
Ir-rekwiżiti ta’ dan il-paragrafu ma għandhomx jissostitwixxu l-obbligu li jiġu applikati sanzjonijiet finanzjarji mmirati u lanqas rekwiżiti aktar stretti skont atti legali oħra tal-Unjoni jew skont il-liġi nazzjonali dwar il-verifika tal-bażi tal-klijenti kontra listi ta’ sanzjonijiet finanzjarji mmirati.
|
|
Artikolu 26 5
|
5. Sal-10 ta’ Lulju 2026, l-AMLA għandha toħroġ linji gwida dwar il-monitoraġġ kontinwu ta’ relazzjoni tan-negozju u dwar il-monitoraġġ tat-tranżazzjonijiet imwettqin fil-kuntest ta’ relazzjoni bħal din.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|