+Artikolu 63 2

Artikolu 63 2

2.   Entità ġuridika għandha tirrapportata l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja lir-reġistru ċentrali mingħajr dewmien żejjed wara l-ħolqieni tagħha. Kwalunkwe bidla fl-informazzjoni għandha tiġi rrapportata lir-reġistru ċentrali mingħajr dewmien żejjed u, f’kwalunkwe każ, fi żmien ta’ 28 jum kalendarju minnha. L-entità ġuridika għandha tivverifika regolarment li jkollha informazzjoni aġġornata dwar is-sjieda benefiċjarja tagħha. Bħala minimu, tali verifika għandha titwettaq kull sena kemm bħala proċess awtonomu jew bħala parti minn proċessi perjodiċi oħra, bħall-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni finanzjarja.

Is-sidien benefiċjarji ta’ entità ġuridika kif ukoll l-entitajiet ġuridiċi u, fil-każ ta’ arranġamenti ġuridiċi, it-trustees tagħhom jew il-pesuni li għandhom pożizzjoni ekwivalenti, li huma parti mill-istruttura ta’ sjieda jew ta’ kontroll ta’ entità ġuridika, għandhom jipprovdu lil dik l-entità ġuridika l-informazzjoni kollha meħtieġa biex l-entità ġuridika tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan il-Kapitolu jew biex twieġeb għal kwalunkwe talba għal informazzjoni addizzjonali riċevuta skont l-Artikolu 10(4) tad-Direttiva (UE) 2024/1640.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit