+Artikolu 70 2

Artikolu 70 2

2.   In-nutara, l-avukati, professjonisti legali indipendenti oħrajn, l-awdituri, il-kontabilisti esterni u l-konsulenti tat-taxxa għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 69(1) sa fejn dik l-eżenzjoni tkun relatata ma’ informazzjoni li huma jirċievu mingħand, jew jiksbu dwar, klijent, matul l-aċċertar tal-pożizzjoni legali ta’ dak il-klijent, jew it-twettiq tal-kompitu tagħhom li jiddefendu jew jirrappreżentaw lil dak il-klijent fi, jew dwar, proċedimenti ġudizzjarji, inkluż l-għoti ta’ pariri dwar il-bidu jew l-evitar ta’ tali proċedimenti, irrispettivament minn jekk dik l-informazzjoni tkun riċevuta jew tinkiseb qabel, matul jew wara tali proċedimenti.

L-eżenzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ma għandhiex tapplika meta l-entitajiet marbutin b’obbligu msemmija fih:

(a)

jieħdu sehem f’ħasil tal-flus, fir-reati predikati tiegħu jew fil-finanzjament tat-terroriżmu;

(b)

jipprovdu pariri legali għall-finijiet tal-ħasil tal-flus, tar-reati predikati tiegħu jew tal-finanzjament tat-terroriżmu; jew

(c)

ikunu jafu li l-klijent qed ifittex parir legali għall-finijiet tal-ħasil tal-flus, tar-reati predikati tiegħu jew tal-finanzjament tat-terroriżmu; l-għarfien jew l-iskop jista’ jiġi dedott minn ċirkostanzi fattwali oġġettivi.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit