+Artikolu 70 Dispożizzjonijiet speċifiċi għar-rapportar ta’ suspett minn ċerti kategoriji ta’ entitajiet marbutin b’obbligu
---+Artikolu 70 1
---+Artikolu 70 2
---+Artikolu 70 3
|
Artikolu 70 Dispożizzjonijiet speċifiċi għar-rapportar ta’ suspett minn ċerti kategoriji ta’ entitajiet marbutin b’obbligu
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 70 1
|
1. B’deroga mill-Artikolu 69(1), l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-entitajiet marbutin b’obbligu msemmijin fl-Artikolu 3, il-punt (3)(a)
u (b),
jittrażmettu l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 69(1) lil korp awtoregolatorju maħtur mill-Istat Membru.
Il-korp awtoregolatorju maħtur għandu jgħaddi l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-FIU minnufih u mingħajr filtri.
|
|
Artikolu 70 2
|
2. In-nutara, l-avukati, professjonisti legali indipendenti oħrajn, l-awdituri, il-kontabilisti esterni u l-konsulenti tat-taxxa għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 69(1) sa fejn dik l-eżenzjoni tkun relatata ma’ informazzjoni li huma jirċievu mingħand, jew jiksbu dwar, klijent, matul l-aċċertar tal-pożizzjoni legali ta’ dak il-klijent, jew it-twettiq tal-kompitu tagħhom li jiddefendu jew jirrappreżentaw lil dak il-klijent fi, jew dwar, proċedimenti ġudizzjarji, inkluż l-għoti ta’ pariri dwar il-bidu jew l-evitar ta’ tali proċedimenti, irrispettivament minn jekk dik l-informazzjoni tkun riċevuta jew tinkiseb qabel, matul jew wara tali proċedimenti.
L-eżenzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ma għandhiex tapplika meta l-entitajiet marbutin b’obbligu msemmija fih:
|
(a)
|
jieħdu sehem f’ħasil tal-flus, fir-reati predikati tiegħu jew fil-finanzjament tat-terroriżmu;
|
|
(b)
|
jipprovdu pariri legali għall-finijiet tal-ħasil tal-flus, tar-reati predikati tiegħu jew tal-finanzjament tat-terroriżmu; jew
|
|
(c)
|
ikunu jafu li l-klijent qed ifittex parir legali għall-finijiet tal-ħasil tal-flus, tar-reati predikati tiegħu jew tal-finanzjament tat-terroriżmu; l-għarfien jew l-iskop jista’ jiġi dedott minn ċirkostanzi fattwali oġġettivi.
|
|
|
Artikolu 70 3
|
3. Minbarra s-sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu, fejn ġustifikat abbażi tar-riskji ogħla ta’ ħasil tal-flus, ir-reati predikati tiegħu jew il-finanzjament tat-terroriżmu assoċjati ma’ ċerti tipi ta’ tranżazzjonijiet, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, ma tapplikax għal dawk it-tipi ta’ tranżazzjonijiet u, kif adatt, jimponu obbligi ta’ rapportar addizzjonali fuq l-entitajiet marbutin b’obbligu msemmija f’dak il-paragrafu. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont dan il-paragrafu. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika d-deċiżjonijiet lill-Istati Membri l-oħra.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|