6. L-entitajiet marbutin b’obbligu li jipparteċipaw fi sħubijiet għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni għandhom jiddefinixxu l-politiki u l-proċeduri għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni fil-politiki u l-proċeduri interni tagħhom stabbiliti skont l-Artikolu 9. Dawk il-politiki u l-proċeduri għandhom:
|
(a)
|
jispeċifikaw il-valutazzjoni li jkollha ssir biex tiddetermina l-firxa tal-informazzjoni li trid tiġi kondiviża, u fejn ikun rilevanti għan-natura tal-informazzjoni jew is-salvagwardji ġudizzjarji applikabbli, jipprevedu aċċess differenzjat jew limitat għall-informazzjoni għall-membri tas-sħubija;
|
|
(b)
|
jiddeskrivu r-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-partijiet għas-sħubija għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni;
|
|
(c)
|
jidentifikaw il-valutazzjonijiet tar-riskju li l-entità marbuta b’obbligu ser tqis biex tiddetermina sitwazzjonijiet ta’ riskju ogħla li fihom tista’ tiġi kondiviża informazzjoni.
|
Il-politiki u l-proċeduri interni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jitfasslu qabel il-parteċipazzjoni fi sħubija għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni.