2. L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom ikunu jistgħu jipproċessaw id-data personali koperta mill-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2016/679 dment li:
|
(a)
|
huma jinformaw lill-klijenti jew lill-klijenti prospettivi tagħhom li tali kategoriji ta’ data jistgħu jiġu pproċessati għall-fini tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament;
|
|
(b)
|
id-data toriġina minn sorsi affidabbli, tkun akkurata u aġġornata;
|
|
(c)
|
lhuma ma jieħdux deċiżjonijiet li jwasslu għal eżiti preġudikati u diskriminatorji abbażi ta’ dik id-data;
|
|
(d)
|
huma jadottaw miżuri ta’ livell għoli ta’ sigurtà f’konformità mal-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2016/679, b’mod partikolari fejn tidħol il-kunfidenzjalità.
|