+Artikolu 76 Proċessar ta’ data personali
---+Artikolu 76 1
---+Artikolu 76 2
---+Artikolu 76 3
---+Artikolu 76 4
---+Artikolu 76 5
|
Artikolu 76 Proċessar ta’ data personali
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 76 1
|
1. Sa fejn ikun strettament neċessarju għall-finijiet tal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu, l-entitajiet marbutin b’obbligu jistgħu jipproċessaw il-kategoriji speċjali ta’ data personali msemmijin fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 u data personali relatata ma’ kundanni u reati kriminali msemmija fl-Artikolu 10 ta’ dak ir-Regolament soġġett għas-salvagwardji previsti fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 76 2
|
2. L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom ikunu jistgħu jipproċessaw id-data personali koperta mill-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2016/679 dment li:
|
(a)
|
huma jinformaw lill-klijenti jew lill-klijenti prospettivi tagħhom li tali kategoriji ta’ data jistgħu jiġu pproċessati għall-fini tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament;
|
|
(b)
|
id-data toriġina minn sorsi affidabbli, tkun akkurata u aġġornata;
|
|
(c)
|
lhuma ma jieħdux deċiżjonijiet li jwasslu għal eżiti preġudikati u diskriminatorji abbażi ta’ dik id-data;
|
|
(d)
|
huma jadottaw miżuri ta’ livell għoli ta’ sigurtà f’konformità mal-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2016/679, b’mod partikolari fejn tidħol il-kunfidenzjalità.
|
|
|
Artikolu 76 3
|
3. L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom ikunu jistgħu jipproċessaw data personali koperta mill-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2016/679 dment li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan L-Artikolu u li:
|
(a)
|
dik id-data personali tkun relatata mal-ħasil tal-flus, mar-reati predikati tiegħu jew mal-finanzjament tat-terroriżmu;
|
|
(b)
|
l-entitajiet marbutin b’obbligu jkollhom fis-seħħ proċeduri li jippermettu d-distinzjoni, fl-ipproċessar ta’ dik id-data, bejn allegazzjonijiet, investigazzjonijiet, proċedimenti u kundanni, filwaqt li jitqiesu d-dritt fundamentali għal proċess ġust, id-dritt tad-difiża u l-preżunzjoni tal-innoċenza.
|
|
|
Artikolu 76 4
|
4. Id-data personali għandha tiġi pproċessata mill-entitajiet marbutin b’obbligu abbażi ta’ dan ir-Regolament għall-finijiet biss tal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu u ma għandhiex tiġi pproċessata ulterjorment b’mod li jkun inkompatibbli ma’ dawk il-finijiet. L-ipproċessar ta’ data personali abbażi ta’ dan ir-Regolament għal finijiet kummerċjali għandu jkun ipprojbit.
|
|
Artikolu 76 5
|
5. L-entitajiet marbutin b’obbligu jistgħu jadottaw deċiżjonijiet li jirriżultaw minn proċessi awtomatizzati, inkluż it-tfassil tal-profil kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (4), tar-Regolament (UE) 2016/679, jew minn proċessi li jinvolvu sistemi tal-IA kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (1) tar-Regolament (UE) 2024/xxx tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (45), dment li:
|
(a)
|
id-data pproċessata minn dawk is-sistemi tkun limitata għad-data miksuba skont il-Kapitolu III ta’ dan ir-Regolament;
|
|
(b)
|
kwalunkwe deċiżjoni ta’ dħul jew rifjut ta’ dħul f’relazzjoni tan-negozju ma’ klijent jew iż-żamma tagħha jew ta’ twettiq jew rifjut ta’ twettiq ta’ tranżazzjoni okkażjonali għal klijent, jew li tiżdied jew titnaqqas il-firxa tal-miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti, applikata skont l-Artikolu 20 ta’ dan ir-Regolament, tkun soġġetta għal intervent uman sinifikanti biex jiġi żgurat li dik id-deċiżjoni tkun akkurata u xierqa; u
|
|
(c)
|
il-klijent jista’ jikseb spjegazzjoni tad-deċiżjoni meħuda mill-entità marbuta b’obbligu, u jista’ jikkontesta dik id-deċiżjoni, ħlief fir-rigward ta’ rapport kif imsemmi fl-Artikolu 69 ta’ dan ir-Regolament.
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|