3. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tinżamm għal perjodu ta’ ħames snin li jibda mid-data tat-tmiem tar-relazzjoni tan-negozju jew mid-data tat-twettiq tat-tranżazzjoni okkażjonali, jew mid-data tar-rifjut ta’ dħul f’relazzjoni tan-negozju jew ta’ twettiq ta’ tranżazzjoni okkażjonali. Mingħajr preġudizzju għall-perjodi ta’ żamma għad-data miġbura għall-finijiet ta’ atti legali oħra tal-Unjoni jew tal-liġi nazzjonali li jikkonformaw mar-Regolament (UE) 2016/679, hekk kif jiskadi l-perjodu ta’ ħames snin l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom iħassru d-data personali.
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu żamma ulterjuri tal-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-każ, dment li tali żamma tkun meħtieġa għall-prevenzjoni, id-detezzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni tal-ħasil tal-flus jew tal-finanzjament tat-terroriżmu. Dak il-perjodu ta’ żamma ulterjuri ma għandux jaqbeż il-ħames snin.