3. Il-kumpaniji għandhom ikunu pprojbiti milli joħorġu ishma tal-portatur, u għandhom jikkonvertu l-ishma tal-portatur kollha eżistenti f’ishma reġistrati, jimmobilizzawhom skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1), il-punt (3), tar-Regolament (UE) Nru 909/2014, jew jiddepożitawhom ma’ istituzzjoni finanzjarja sal-10 ta’ Lulju 2029. Madankollu, il-kumpaniji b’titoli kkwotati fuq suq regolat jew li l-ishma tagħhom jinħarġu bħala titoli intermedjati kemm permezz ta’ immobilizzazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1), il-punt (3), ta’ dak ir-Regolament jew permezz ta’ ħruġ dirett f’forma dematerjalizzata skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1), il-punt (4), ta’ dak ir-Regolament għandu jkollhom permess joħorġu ishma tal-portatur ġodda u jżommu ishma tal-portatur eżistenti. Għal ishma tal-portatur eżistenti li ma jiġux ikkonvertiti, immobilizzati jew depożitati sal-10 ta’ Lulju 2029, id-drittijiet kollha tal-vot u d-drittijiet għad-distribuzzjoni marbuta ma’ dawk l-ishma għandhom jiġu sospiżi awtomatikament sal-konverżjoni, l-immobilizzazzjoni jew id-depożitu tagħhom. Lishma kollha bħal dawn mhux konvertiti, immobilizzati jew depożitati sal-10 ta’ Lulju 2030 għandhom jiġu kkanċellati, u dan iwassal għal tnaqqis fil-kapital azzjonarju tal-ammont korrispondenti.
Il-kumpaniji għandhom ikunu pprojbiti milli joħorġu ċertifikati ta’ ishma tal-portaturi li ma jkunux f’forma intermedjata.