+Artikolu 17 1

Artikolu 17 1

1.   Il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi tal-benefiċjarju għandu jimplimenta proċeduri effettivi bbażati fuq ir-riskju, inkluż proċeduri bbażati fuq il-bażi ta’ sensittività għar-riskji msemmija fl-Artikolu 13 tad-Direttiva (UE) 2015/849, biex jiġi determinat jekk għandux jiġi eżegwit, irrifjutat, irritornat jew sospiż trasferiment ta’ kriptoassi li ma jkollux l-informazzjoni kompleta meħtieġa dwar l-oriġinatur u l-benefiċjarju u biex tittieħed l-azzjoni ta’ segwitu adatta.

Meta l-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi tal-benefiċjarju jsir konxju li l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14(1) jew (2), jew fl-Artikolu 15, tkun nieqsa jew mhux kompleta, dak il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi għandu, fuq bażi ta’ sensittività għar-riskji u mingħajr dewmien żejjed:

(a)

jirrifjuta t-trasferiment jew jirritorna l-kriptoassi ttrasferiti fil-kont tal-kriptoassi tal-oriġinatur; jew

(b)

jitlob l-informazzjoni meħtieġa dwar l-oriġinatur u l-benefiċjarju qabel ma jagħmel il-kriptoassi disponibbli għall-benefiċjarju.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit