+Artikolu 17 Trasferimenti ta’ kriptoassi b’informazzjoni nieqsa jew mhux kompleta dwar l-oriġinatur jew il-benefiċjarju
---+Artikolu 17 1
---+Artikolu 17 2
|
Artikolu 17 Trasferimenti ta’ kriptoassi b’informazzjoni nieqsa jew mhux kompleta dwar l-oriġinatur jew il-benefiċjarju
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 17 1
|
1. Il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi tal-benefiċjarju għandu jimplimenta proċeduri effettivi bbażati fuq ir-riskju, inkluż proċeduri bbażati fuq il-bażi ta’ sensittività għar-riskji msemmija fl-Artikolu 13 tad-Direttiva (UE) 2015/849, biex jiġi determinat jekk għandux jiġi eżegwit, irrifjutat, irritornat jew sospiż trasferiment ta’ kriptoassi li ma jkollux l-informazzjoni kompleta meħtieġa dwar l-oriġinatur u l-benefiċjarju u biex tittieħed l-azzjoni ta’ segwitu adatta.
Meta l-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi tal-benefiċjarju jsir konxju li l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14(1) jew (2), jew fl-Artikolu 15, tkun nieqsa jew mhux kompleta, dak il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi għandu, fuq bażi ta’ sensittività għar-riskji u mingħajr dewmien żejjed:
|
(a)
|
jirrifjuta t-trasferiment jew jirritorna l-kriptoassi ttrasferiti fil-kont tal-kriptoassi tal-oriġinatur; jew
|
|
(b)
|
jitlob l-informazzjoni meħtieġa dwar l-oriġinatur u l-benefiċjarju qabel ma jagħmel il-kriptoassi disponibbli għall-benefiċjarju.
|
|
|
Artikolu 17 2
|
2. Meta fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jonqos ripetutament milli jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa dwar l-oriġinatur jew il-benefiċjarju, il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi tal-benefiċjarju għandu:
|
(a)
|
jieħu passi, li jistgħu jinkludu inizjalment l-għoti ta’ twissijiet u l-istipular ta’ skadenzi, qabel ma jipproċedi għal rifjut, restrizzjoni jew terminazzjoni f’konformità mal-punt (b) jekk l-informazzjoni meħtieġa tkun għada ma ġietx ipprovduta; jew
|
|
(b)
|
jirrifjuta direttament kwalunkwe trasferiment futur ta’ kriptoassi lejn jew minn, jew jirrestrinġi jew itemm ir-relazzjoni ta’ negozju tiegħu ma’, dak il-fornitur ta’ servizzi ta’ kriptoassi.
|
Il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi tal-benefiċjarju għandu jirrapporta dak in-nuqqas, u l-passi meħudin, lill-awtorità kompetenti responsabbli mill-monitoraġġ tal-konformità mad-dispożizzjonijiet kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|