5. Meta jikkunsidraw il-kriterju stabbilit fl-Artikolu 31(2), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2022/2554 u fil-każijiet li fihom il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT jissodisfa s-subkriterji tal-“istadju 1” imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-ASE għandhom iwettqu l-valutazzjoni tagħhom fid-dawl tas-subkriterji tal-“istadju 2” li ġejjin:
|
(a)
|
Is-subkriterju 1.3: l-intensità tal-impatt tad-diskontinwità tas-servizzi tal-ICT ipprovduti mill-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT fuq l-attivitajiet u l-operazzjonijiet tal-entitajiet finanzjarji identifikati fis-subkriterji tal-“istadju 1” imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-għadd ta’ dawn l-entitajiet finanzjarji affettwati;
|
|
(b)
|
Is-subkriterju 1.4: id-dipendenza tal-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT fuq l-istess subkuntratturi li jipprovdu servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti tal-entitajiet finanzjarji.
|