+Artikolu 2 L-impatt sistemiku tal-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT fuq l-istabbiltà, il-kontinwità jew il-kwalità tal-forniment tas-servizzi finanzjarji
---+Artikolu 2 1
---+Artikolu 2 2
---+Artikolu 2 3
---+Artikolu 2 4
---+Artikolu 2 5
|
Artikolu 2 L-impatt sistemiku tal-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT fuq l-istabbiltà, il-kontinwità jew il-kwalità tal-forniment tas-servizzi finanzjarji
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 2 1
|
1. Meta jikkunsidraw il-kriterju stabbilit fl-Artikolu 31(2), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2022/2554, l-ASE għandhom jivvalutaw jekk il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT jissodisfax is-subkriterji tal-“istadju 1” li ġejjin:
|
(a)
|
Is-subkriterju 1.1: is-sehem tal-għadd ta’ entitajiet finanzjarji, diżaggregat skont il-kategoriji tal-entitajiet finanzjarji kif elenkati fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2022/2554, li lilhom jiġu pprovduti servizzi tal-ICT mill-istess fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT fil-każijiet li fihom is-servizzi tal-ICT jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti;
|
|
(b)
|
Is-subkriterju 1.2: is-sehem tal-valur totali tal-assi tal-entitajiet finanzjarji, diżaggregat skont il-kategoriji tal-entitajiet finanzjarji kif elenkati fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2022/2554, li lilhom jiġu pprovduti servizzi tal-ICT mill-istess fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT fil-każijiet li fihom is-servizzi tal-ICT jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti tal-entitajiet finanzjarji.
|
|
|
Artikolu 2 2
|
2. Is-subkriterju 1.1 stabbilit fil-paragrafu 1, il-punt (a), għandu jiġi kkalkolat kif ġej:
|
l-għadd ta' entitajiet finanzjarji ta' kategorija ta' entitajiet finanzjarji
kif stabbiliti fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2022/2554,
li lilhom jiġu pprovduti servizzi tal-ICT mill-istess fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT
fil-każijiet li fihom is-servizzi tal-ICT jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti ta'entitajiet finanzjarji
|
|
l-għadd totali ta' entitajiet finanzjarji ta' kategorija ta' entitajiet finanzjarji
kif stabbiliti fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2022/2554
|
|
|
Artikolu 2 3
|
3. Is-subkriterju 1.2 stabbilit fil-paragrafu 1, il-punt (b), għandu jiġi kkalkolat kif ġej:
|
il-valur totali tal-assi ta' kategorija ta' entitajiet finanzjarji
kif elenkati fl-Artikolu 2(1)tar-Regolament (UE) 2022/2554,
li lilhom jiġu pprovduti servizzi tal-ICT mill-istess fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT
fil-każijiet li fihom is-servizzi tal-ICT jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti ta'entitajiet finanzjarji
|
|
il-valur totali tal-assi tal-entitajiet finanzjarji kollha tal-UE tal-istess kategorija
kif stabbiliti fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2022/2554
|
|
|
Artikolu 2 4
|
4. Fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT għandu jitqies li jkun issodisfa s-subkriterji tal-“istadju 1” imsemmija fil-paragrafu 1 meta ż-żewġ ishma kif ikkalkolati f’konformità mal-paragrafi 2 u 3 jkunu ta’ mill-inqas 10 % tal-għadd totali għal mill-inqas kategorija waħda ta’ entitajiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2022/2554.
|
|
Artikolu 2 5
|
5. Meta jikkunsidraw il-kriterju stabbilit fl-Artikolu 31(2), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2022/2554 u fil-każijiet li fihom il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT jissodisfa s-subkriterji tal-“istadju 1” imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-ASE għandhom iwettqu l-valutazzjoni tagħhom fid-dawl tas-subkriterji tal-“istadju 2” li ġejjin:
|
(a)
|
Is-subkriterju 1.3: l-intensità tal-impatt tad-diskontinwità tas-servizzi tal-ICT ipprovduti mill-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT fuq l-attivitajiet u l-operazzjonijiet tal-entitajiet finanzjarji identifikati fis-subkriterji tal-“istadju 1” imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-għadd ta’ dawn l-entitajiet finanzjarji affettwati;
|
|
(b)
|
Is-subkriterju 1.4: id-dipendenza tal-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT fuq l-istess subkuntratturi li jipprovdu servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti tal-entitajiet finanzjarji.
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|