+REGOLAMENT (UE) 2016/445 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tal-14 ta' Marzu 2016 dwar il-mod kif jiġu eżerċitati l-opzjonijiet u d-diskrezzjonijiet disponibbli fil-liġi tal-Unjoni (BĊE/2016/4)
---+Artikolu 1 Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
---+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+KAPITOLU I FONDI PROPRJI
------+Artikolu 3 Artikolu 89(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: Ippeżar tar-riskju u l-projbizzjoni ta' holdings kwalifikattivi 'l barra mis-settur finanzjarju
---+KAPITOLU II REKWIŻITI TA' KAPITAL
------+Artikolu 6 Artikolu 327(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: L-innettjar
---------+Artikolu 6 1.
---------+Artikolu 6 2.
------+Artikolu 7 Artikolu 380 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: Rinunzja
---+KAPITOLU III SKOPERTURI KBAR
------+Artikolu 8 Artikolu 395(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: Limiti tal-iskoperturi kbar
------+Artikolu 9 Artikolu 400(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: Eżenzjonijiet
---------+Artikolu 9 1.
---------+Artikolu 9 2.
---------+Artikolu 9 3.
---------+Artikolu 9 4.
---------+Artikolu 9 5.
---------+Artikolu 9 6.
---------+Artikolu 9 7.
---+KAPITOLU IV LIKWIDITÀ
------+Taqsima I Rekwiżit ta' Kopertura tal-Likwidità
---------+Artikolu 11a Artikolu 12(1)(c)(i) tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/61: Identifikazzjoni tal-indiċijiet tal-borża ewlenin ta’ Stat Membru jew pajjiż terz
---------+Artikolu 12 Artikolu 12(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61: Assi Livell 2B
------------+Artikolu 12 1.
------------+Artikolu 12 2.
------+Taqsima II Proporzjon ta’ finanzjament stabbli nett (net stable funding ratio - NSFR)
---------+Artikolu 12a Artikolu 428p(10) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: Fatturi ta’ finanzjament stabbli meħtieġ għal skoperturi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ
---------+Artikolu 12b Artikolu 428q(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: Determinazzjoni tat-terminu ta’ aggravar ta’ assi li ġew issegregati
---------+Artikolu 12c Artikolu 428aq(10) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: Fatturi ta’ finanzjament stabbli meħtieġ għal skoperturi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ
---------+Artikolu 12d Artikolu 428ar(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: Determinazzjoni tat-terminu ta’ aggravar ta’ assi li ġew issegregati
---+KAPITOLU V DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI TAR-REGOLAMENT (UE) NRU 575/2013
------+Artikolu 17 Artikolu 473(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: Introduzzjoni tal-emendi tal-Istandard ta' Kontabbiltà Internazzjonali 19
---------+Artikolu 17 1.
---------+Artikolu 17 2.
------+Artikolu 18 Artikolu 478(3)(a),(c) u (d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: Perċentwalijiet applikabbli għal tnaqqis minn partiti ta' Ekwità Komuni tal-Grad 1, Grad 1 u Grad 2 addizzjonali
---------+Artikolu 18 1.
---------+Artikolu 18 2.
---------+Artikolu 18 3.
------+Artikolu 19 Artikolu 478(3)(a) u (b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: Perċentwalijiet applikabbli għat-tnaqqis mill-Ekwità Komuni tal-Grad 1 ta' investimenti sinjifikanti f'entitajiet tas-settur finanzjarju u assi tat-taxxa differiti li jiddependu fuq profitt fil-futur
---------+Artikolu 19 1.
---------+Artikolu 19 2.
---------+Artikolu 19 3.
---------+Artikolu 19 4.
---------+Artikolu 19 5.
---------+Artikolu 19 6.
---------+Artikolu 19 7.
---------+Artikolu 19 8.
---------+Artikolu 19 9.
------+Artikolu 20 Artikolu 479(1) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: Rikonoxximent fil-kapital konsolidat tal-istrumenti ta' Ekwità Komuni tal-Grad 1 u partiti li ma jikkwalifikawx bħala interessi minoritarji
---------+Artikolu 20 1.
---------+Artikolu 20 2.
---------+Artikolu 20 3.
------+Artikolu 21 Artikolu 480(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: Rikonoxximent fil-fondi proprji konsolidati ta' interessi minoritarji u l-kwalifikazzjoni ta' kapital addizzjonali tal-Grad 1 u l-Grad 2
---------+Artikolu 21 1.
---------+Artikolu 21 2.
------+Artikolu 22 Artikolu 481(1) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: Filtri u tnaqqis addizzjonali
---------+Artikolu 22 1.
---------+Artikolu 22 2.
---------+Artikolu 22 3.
------+Artikolu 23 Artikolu 486(6) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: Limiti għall-partiti ta' anterjorità fil-partiti ta' Ekwità Komuni tal-Grad 1, Addizzjonali tal-Grad 1 u l-Grad 2
---------+Artikolu 23 1.
---------+Artikolu 23 2.
------+Artikolu 24 Artikolu 495(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: Trattament ta' skoperturi għal ekwità skont l-Approċċ IRB (Internal Ratings Based)
------+Artikolu 24a L-Artikolu 495e tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: Arranġamenti tranżizzjonali għall-valutazzjonijiet tal-kreditu tal-ECAI tal-istituzzjonijiet
------+Artikolu 25 Dħul fis-seħħ
---------+Artikolu 25 1.
---------+Artikolu 25 2.
---+ANNESS I
---+ANNESS II
English - European Union - Financial Industry - Banking -

REGOLAMENT (UE) 2016/445 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tal-14 ta' Marzu 2016 dwar il-mod kif jiġu eżerċitati l-opzjonijiet u d-diskrezzjonijiet disponibbli fil-liġi tal-Unjoni (BĊE/2016/4)

REGOLAMENT (UE) 2016/445 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-14 ta' Marzu 2016

dwar il-mod kif jiġu eżerċitati l-opzjonijiet u d-diskrezzjonijiet disponibbli fil-liġi tal-Unjoni (BĊE/2016/4)

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament jispeċifika uħud mill-opzjonijiet u d-diskrezzjonijiet mogħtija lil awtoritajiet kompetenti skont il-liġi tal-Unjoni dwar rekwiżiti prudenzjali għal istituzzjonijiet ta' kreditu li qed jeżerċita l-BĊE. Għandu japplika esklużivament fir-rigward ta' dawk l-istituzzjonijiet ta' kreditu kklassifikati bħala sinifikanti skont l-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, u l-Parti IV u l-Artikolu 147(1) tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 (BĊE/2014/17).

Artikolu 2 Definizzjonijiet

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li hemm fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, l-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 (BĊE/2014/17) u l-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61.

KAPITOLU I FONDI PROPRJI KAPITOLU I FONDI PROPRJI
KAPITOLU II REKWIŻITI TA' KAPITAL KAPITOLU II REKWIŻITI TA' KAPITAL
KAPITOLU III SKOPERTURI KBAR KAPITOLU III SKOPERTURI KBAR
KAPITOLU IV LIKWIDITÀ KAPITOLU IV LIKWIDITÀ
KAPITOLU V DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI TAR-REGOLAMENT (UE) NRU 575/2013 KAPITOLU V DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI TAR-REGOLAMENT (UE) NRU 575/2013
ANNESS I




ANNESS I

Kundizzjonijiet għall-valutazzjoni ta' eżenzjoni mil-limitu ta' skopertura kbira skont l-Artikolu 400(2)(c) ta-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 9(3) ta' dan ir-Regolament

1. Dan l-Anness japplika fir-rigward ta' eżenzjonijiet mil-limitu ta' skopertura kbira skont l-Artikolu 9(3) ta' dan ir-Regolament. Għall-finijiet tal-Artikolu 9(3): pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/908/UE ( 6 ) jitqiesu li huma ekwivalenti.

2. L-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jikkunsidraw dawn il-kriterji li ġejjin meta jivvalutaw jekk skopertura msemmija fl-Artikolu 400(2)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tissodisfa l-kundizzjonijiet għal eżenzjoni minn limitu ta' skopertura kbira, skont l-Artikolu 400(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(a) 

Sabiex jiġi vvalutat jekk in-natura speċifika tal-iskopertura, il-kontroparti jew ir-relazzjoni bejn l-istituzzjoni ta' kreditu u l-kontroparti jeliminawx jew inaqqsux ir-riskju tal-iskopertura, kif ipprovdut fl-Artikolu 400(3)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jikkunsidraw jekk:

(i) 

jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet ipprovduti fl-Artikolu 113(6)(b), (c) u (e) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 b'mod partikolari jekk il-kontroparti hija suġġetta għall-istess valutazzjoni tar-riskju, proċeduri ta' kalkolu u kontroll bħall-istituzzjoni ta' kreditu u jekk is-sistemi IT humiex integrati jew, tal-inqas, allinjati għal kollox. Barra minn hekk, għandhom jikkunsidraw jekk hemmx ostakoli prattiċi jew legali kurrenti jew antiċipati li jistgħu jtellfu l-ħlas lura fil-ħin tal-iskopertura mill-kontroparti lill-istituzzjoni ta' kreditu, ħlief fil-każ ta' sitwazzjoni ta' rkupru jew riżoluzzjoni meta r-restrizzjonijiet msemmija fid-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ) huma meħtieġa li jiġu implimentati;

▼M1

(ii) 

l-iskoperturi intragrupp huma ġġustifikati mill-istruttura u l-istrateġija ta' finanzjament tal-grupp;

▼B

(iii) 

il-proċess li permezz tiegħu tittieħed deċiżjoni għall-approvazzjoni ta' skopertura lill-kontroparti intragrupp, u l-proċess ta' monitoraġġ u reviżjoni applikabbli għal dawn l-iskoperturi, fil-livell individwali u kkonsolidat, meta jkun rilevanti, huwa simili għal dawk li huma applikati għal self lil terzi;

(iv) 

il-proċeduri tal-ġestjoni tar-riskju, is-sistema tal-IT u r-rapportar intern ta' istituzzjoni ta' kreditu jippermettulha li tivverifika kontinwament u tiżgura li skoperturi kbar lil impriżi ta' grupp jiġu allinjati mal-istrateġija ta' riskju tagħha fil-livell tal-entità legali u fil-livell konsolidat, meta jkun rilevanti.

(b) 

Sabiex jiġi vvalutat jekk kwalunkwe riskju ta' konċentrazzjoni li fadal jistax jiġi indirizzat b'mezzi oħrajn daqshekk ieħor effettivi bħall-arranġamenti, proċessi u mekkaniżmi provduti fl-Artikolu 81 tad-Direttiva 2013/36/UE, kif previst fl-Artikolu 400(3)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom iqisu jekk:

(i) 

l-istituzzjoni ta' kreditu għandhiex proċessi, proċeduri u kontrolli robusti, fil-livell individwali u fil-livell konsolidat, fejn ikun rilevanti,sabiex jiġi żgurat li l-użu tal-eżenzjoni ma jirriżultax f'konċentrazzjoni tar-riskju li huwa barra l-istrateġja tar-riskju tagħha u kontra l-prinċipju ta' ġestjoni ta' likwidità interna soda ġewwa l-grupp;

(ii) 

l-istituzzjoni ta' kreditu kkunsidratx formalment il-konċentrazzjoni tar-riskju li jrriżulta mill-iskoperturi intragrupp bħala parti mill-qafas ta' valutazzjoni tar-riskju inġenerali tagħha;

(iii) 

l-istituzzjoni ta' kreditu għandhiex qafas ta' kontroll tar-riskju, fil-livell ta' entità legali u fil-livell konsolidat meta jkun rilevanti, li jimmoniterja adegwatament l-iskoperturi proposti;

(iv) 

ir-riskju ta' konċentrazzjoni li jinqala' kienx jew huwiex se jkun identifikat b'mod ċar fil-proċess ta' valutazzjoni tal-adegwatezza tal-kapital intern (ICAAP) tal-insitutzzjoni ta' kreditu u huwiex se jkun ġestit attivament. L-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi għal-ġestjoni tar-riskju ta' konċentrazzjoni humiex se jiġu vvalutati fil-proċess ta' reviżjoni u ta' evalwazzjoni superviżorju.

(v) 

Hemmx dokumentazzjoni li turi li l-ġestjoni tar-riskju ta' konċentrazzjoni hija konsistenti mal-pjan ta' rkupru tal-grupp.

3. Sabiex jiġi vverifikat jekk il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 1 u 2 humiex sodisfatti, il-Bank Ċentrali Ewropew jista' jitlob lil istituzzjonijiet ta' kreditu li jissottomettu d-dokumentazzjoni li ġejja:

(a) 

Ittra ffirmata mir-rappreżentant legali, b'approvazzjoni mill-korp tal-ġestjoni, fejn jingħad li l-istituzzjoni ta' kreditu tikkonforma mal-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 4000(2)(d) u l-Artikolu 400(3) biex tingħata eżenzjoni.

(b) 

Parir legali, maħruġ jew minn terza persuna indipendenti esterna jew minn dipartiment legali intern, u approvat mill-korp ta' ġestjoni, fejn jintwera li ma hemmx ostakoli li jistgħu jtellfu l-ħlas lura fil-ħin tal-iskoperturi minn korp reġjonali jew ċentrali lill-istituzzjoni ta' kreditu li jirriżulta jew mill-applikazzjoni ta' regolamenti, inklużi regolamenti fiskali, jew ftehim vinkolanti.

(c) 

Stqarrija ffirmata mir-rappreżentant legali u approvata mill-korp ta' ġestjoni li tgħid li:

(i) 

ma hemmx impedimenti prattiċi għall-ħlas lura fil-waqt tal-iskoperturi fil-ħin minn kontroparti lill-istituzzjoni ta' kreditu;

▼M1

(ii) 

l-iskoperturi intragrupp huma ġġustifikati mill-istruttura u l-istrateġija ta' finanzjament tal-grupp;

▼B

(iii) 

il-proċess li permezz tiegħu tittieħed deċiżjoni għall-approvazzjoni ta' skopertura lill-kontroparti intragrupp, u l-proċess ta' monitoraġġ u reviżjoni applikabbli għal dan l-iskoperturi, fil-livell individwali u kkonsolidat, meta jkun rilevanti, huwa simili għal dawk li huma applikati għal self lil terzi;

(iv) 

riskju ta' konċentrazzjoni ġej mill-iskoperturi intragrupp ġie kkunsidrat bħala parti mill-qafas ta' valutazzjoni tar-riskju globali ta' istituzzjoni ta' kreditu.

(d) 

Dokumentazzjoni ffirmata mir-rappreżentant legali u approvata mill-korp tal-ġestjoni li tiċċertifika li l-proċeduri tal-evalwazzjoni tar-riskju, il-kalkolu u l-kontroll tal-istituzzjoni ta' kreditu huma l-istess bħal tal-kontroparti u li l-proċeduri ta' ġestjoni tar-riskju, is-sistema IT u r-rapportar intern jippermettu lill-korp ta' ġestjoni biex jiġi mmonitorjat kontinwament il-livell tal-iskopertura kbira u l-kompatibbiltà tagħha mal-istrateġija tar-riskju tal-istituzzjoni tal-kreditu fil-livell ta' entità legali u fil-livell konsolidat, meta jkun rilevanti, u mal-prinċipji ta' ġestjoni tal-likwidità interna soda ġewwa l-grupp.

(e) 

Dokumentazzjoni li turi li l-ICAAP tidentifika b'mod ċar ir-riskju ta' konċentrazzjoni ġej minn skoperturi intragrupp kbar u li dan ir-riskju huwa ġestit attivament.

(f) 

Dokumentazzjoni li turi li l-ġestjoni tar-riskju ta' konċentrazzjoni hija konsistenti mal-pjan ta' rkupru tal-grupp.

ANNESS II




ANNESS II

Kundizzjonijiet għall-valutazzjoni ta' eżenzjoni minn limitu ta' skopertura kbira, skont l-Artikolu 400(2)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 9(4) ta' dan ir-Regolament

1. L-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jikkunsidraw dawn il-kriterji li ġejjin meta jivvalutaw jekk skopertura msemmija fl-Artikolu 400(2)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tissodisfa l-kundizzjonijiet għal eżenzjoni minn limitu ta' skopertura kbira, skont l-Artikolu 400(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(a) 

Sabiex jiġi vvalutat jekk in-natura speċifika tal-iskopertura, il-korp reġjonali jew ċentrali jew ir-relazzjoni bejn l-istituzzjoni ta' kreditu u l-korp reġjonali jew ċentrali jeliminawx jew inaqqsux ir-riskju tal-iskopertura, kif ipprovdut fl-Artikolu 400(3)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jikkunsidraw jekk:

(i) 

hemmx ostakoli prattiċi jew legali materjali kurrenti jew antiċipati li jistgħu jtellfu l-ħlas lura fil-ħin tal-iskopertura mill-kontroparti lill-istituzzjoni ta' kreditu, ħlief fil-każ ta' sitwazzjoni ta' rkupru jew riżoluzzjoni meta r-restrizzjonijiet msemmija fid-Direttiva 2014/59/UE huma meħtieġa li jiġu implimentati;

(ii) 

l-iskoperturi proposti huma f'konformità man-negozju ordinarju tal-istituzzjoni tal-kreditu u l-mudell tan-negozju tagħha jew iġġustifikata bl-istruttura tal-finanzjament tan-netwerk;

(iii) 

il-proċess li permezz tiegħu tittieħed deċiżjoni għall-approvazzjoni ta' skopertura lill-korp ċentrali, u l-proċess ta' monitoraġġ u reviżjoni applikabbli għal dan l-iskoperturi, fil-livell individwali u kkonsolidat, meta jkun rilevanti, huwa simili għal dawk li huma applikati għal self lil terzi;

(iv) 

il-proċeduri ta' ġestjoni tar-riskju, is-sistema IT u r-rapportar intern tal-istituzzjoni ta' kreditu jippermettulha tivverifika b'mod kostanti u tiżgura li l-iskoperturi wesgħin lill-korp reġjonali jew ċentrali tagħha huma kompatibbli mal-istrateġija tar-riskju tagħha.

(b) 

Sabiex jiġi vvalutat jekk kwalunkwe riskju ta' konċentrazzjoni li fadal jistax jiġi indirizzat b'mezzi oħrajn daqshekk ieħor effettivi bħall-arranġamenti, proċessi u mekkaniżmi provduti fl-Artikolu 81 tad-Direttiva 2013/36/UE, kif previst fl-Artikolu 400(3)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom iqisu jekk:

(i) 

l-istituzzjoni ta' kreditu għandhiex proċessi, proċeduri u kontrolli robusti biex jiġi żgurat li l-użu tal-eżenzjoni ma jirriżultax f'riskju ta' konċentrazzjoni li huwa barra l-istrateġija tar-riskju tagħha;

(ii) 

l-istituzzjoni ta' kreditu ikkunsidratx formalment il-konċentrazzjoni tar-riskju li jrriżulta mill-iskoperturi lill-korp reġjonali jew ċentrali tagħha bħala parti mill-qafas ta' valutazzjoni tar-riskju inġenerali tagħha;

(iii) 

l-istituzzjoni ta' kreditu għandhiex qafas ta' kontroll tar-riskju li jimmoniterja b'mod adegwat l-iskoperturi proposti;

(iv) 

ir-riskju ta' konċentrazzjoni li jinqala' kienx jew huwiex se jkun identifikat b'mod ċar fil-proċess ta' valutazzjoni tal-adegwatezza tal-kapital intern (ICAAP) ta' insitutzzjoni ta' kreditu u huwiex se jkun ġestit attivament. L-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi għal-ġestjoni tar-riskju ta' konċentrazzjoni humiex se jiġu vvalutati fil-proċess ta' reviżjoni u ta' evalwazzjoni superviżorju.

2. Barra mill-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom iqisu, sabiex jiġi vvalutat jekk il-korp reġjonali jew ċentrali li miegħu hija assoċjata l-istituzzjoni ta' kreditu f'netwerk responsabbli għal operazzjonijiet tal-ikklerjar ta' kontanti, kif previst fl-Artikolu 400(2)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jekk il-liġijiet susidjarji jew l-artikoli ta' assoċjazzjoni tal-korp reġjonali jew ċentrali espliċitament fihomx dawn ir-responsabbiltajiet, inklużi, imma mhux limitati għal dawn li ġejjin:

(a) 

finanzjament tas-suq għan-netwerk sħiħ;

(b) 

ikklerjar ta' likwidità ġewwa n-netwerk, fl-ambitu tal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(c) 

tiġi pprovduta likwidità lill-istituzzjonijiet ta' kreditu affiljati;

(d) 

assorbiment ta' likwidità eċċessiva ta' istituzzjonijiet ta' kreditu affiljati.

3. Sabiex jiġi vverifikat jekk il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 1 u 2 humiex sodisfatti, il-Bank Ċentrali Ewropew jista' jitlob lil istituzzjonijiet ta' kreditu li jissottomettu d-dokumentazzjoni li ġejja:

(a) 

Ittra ffirmata mir-rappreżentant legali, b'approvazzjoni mill-korp tal-ġestjoni, fejn jingħad li l-istituzzjoni ta' kreditu tikkonforma mal-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 400(2)(d) u l-Artikolu 400(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 biex tingħata eżenzjoni.

(b) 

Parir legali, maħruġ jew minn terza persuna indipendenti esterna jew minn dipartiment legali intern, u approvat mill-korp ta' ġestjoni, fejn jintwera li ma hemmx ostakoli li jistgħu jtellfu l-ħlas lura fil-ħin tal-iskoperturi minn korp reġjonali jew ċentrali lill-istituzzjoni ta' kreditu li jirriżulta jew mill-applikazzjoni ta' regolamenti, inklużi regolamenti fiskali, jew ftehim vinkolanti.

(c) 

Stqarrija ffirmata mir-rappreżentant legali u approvata mill-korp ta' ġestjoni li:

(i) 

ma hemmx impedimenti prattiċi għall-ħlas lura tal-iskoperturi fil-ħin minn korp reġjonali jew ċentrali lill-istituzzjoni ta' kreditu;

(ii) 

l-iskoperturi tal-korp reġjonali jew ċentrali huma ġġustifikati mill-istruttura ta' finanzjament tan-netwerk;

(iii) 

il-proċess li permezz tiegħu tittieħed deċiżjoni għall-approvazzjoni ta' skopertura lill-korp reġjonali jew ċentrali, u l-proċess ta' monitoraġġ u reviżjoni applikabbli għal dawn l-iskoperturi, fil-livell ta' entità legali u fil-livelli kkonsolidat, huma simili għal dawk li huma applikati għal self lil terzi;

(iv) 

riskju ta' konċentrazzjoni ġej mill-iskoperturi lil korp reġjonali jew ċentrali ġie kkunsidrat bħala parti mill-qafas ta' valutazzjoni tar-riskju globali ta' istituzzjoni ta' kreditu.

(d) 

Dokumentazzjoni ffirmata mir-rappreżentant legali u approvata mill-korp tal-ġestjoni li tiċċertifika li l-proċeduri tal-valutazzjoni tar-riskju, il-proċeduri tal-kalkolu u l-kontroll tal-istituzzjoni ta' kreditu huma l-istess bħal tal-korp reġjonali jew ċentrali u li l-proċeduri ta' ġestjoni tar-riskju, is-sistema tal-IT u r-rapportar intern jippermettu lill-korp ta' ġestjoni biex jiġu mmonitorjati kontinwament il-livell tal-iskopertura kbira u l-kompatibbiltà tagħha mal-istrateġija tar-riskju tal-istituzzjoni tal-kreditu fil-livell ta' entità legali u fil-livell konsolidat, meta jkun rilevanti, u mal-prinċipji ta' ġestjoni tal-likwidità internasoda ġewwa n-netwerk.

(e) 

Dokumentazzjoni li turi li l-ICAAP tidentifika b'mod ċar ir-riskju ta' konċentrazzjoni ġej minn skoperturi kbar lill-korp reġjonali jew ċentrali u li dan huwa ġestit attivament.

(f) 

Dokumentazzjoni li turi li l-ġestjoni tar-riskju ta' konċentrazzjoni hija konsistenti mal-pjan ta' rkupru tan-netwerk.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.08.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R0445
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.