+ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni ta’ l-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (91/676/KEE)
---+Artikolu 1
---+Artikolu 2
---+Artikolu 3
------+Artikolu 3 1.
------+Artikolu 3 2.
------+Artikolu 3 3.
------+Artikolu 3 4.
------+Artikolu 3 5.
---+Artikolu 4
------+Artikolu 4 1.
------+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 5
------+Artikolu 5 1.
------+Artikolu 5 2.
------+Artikolu 5 3.
------+Artikolu 5 4.
------+Artikolu 5 5.
------+Artikolu 5 6.
------+Artikolu 5 7.
---+Artikolu 6
------+Artikolu 6 1.
------+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 7
---+Artikolu 8
---+Artikolu 9
------+Artikolu 9 1.
------+Artikolu 9 2.
------+Artikolu 9 3.
---+Artikolu 10
------+Artikolu 10 1.
------+Artikolu 10 2.
---+Artikolu 11
---+Artikolu 12
------+Artikolu 12 1.
------+Artikolu 12 2.
------+Artikolu 12 3.
---+Artikolu 13
---+ANNEX I CRITERIA FOR IDENTIFYING WATERS REFERRED TO IN ARTICLE 3 (1)
---+ANNESS II IL-KODIĊI(JIET) TA’ PRATTIKA AGRIKOLA TAJBA
---+ANNESS III IL-MIŻURI LI GĦANDHOM JIĠU NKLUŻI FIL-PROGRAMMI TA’ AZZJONI SKOND L-ARTIKOLU 5(4)(a)
---+ANNESS IV IL-METODI TA' REFERENZA GĦALL-KEJL
---+ANNESS V IT-TAGĦRIF LI JRID IKUN JINSAB FIR-RAPPORTI MSEMMIJA F’L-ARTIKOLU 10
|
English -
European Union -
Environment -
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni ta’ l-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (91/676/KEE)
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL
tat-12 ta’ Diċembru 1991
dwar il-protezzjoni ta’ l-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli
(91/676/KEE)
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 1
|
Artikolu 1
Din id-Direttiva għandha l-mira li:
—
tnaqqas it-tniġġis ta’ l-ilma kkawżat jew imdaħħal bin-nitrati minn sorsi agrikoli u
—
tipprevjieni aktar tniġġis minn dan.
|
|
Artikolu 2
|
Artikolu 2
Għall-iskop ta’ din id-Direttiva:
(a)
“ilma ta’ taħt l-art”: ifisser l-ilma kollu li jkun taħt il-wiċċ ta’ l-art fiż-żona tas-saturazzjoni u f’kuntatt dirett ma l-art jew mal-ħamrija tal-qiegħ;
(b)
“ilma ħelu”: ifisser ilma li jiġri b’mod naturali li għandu konċentrazzjoni baxxa ta’ mluħa, li huwa spiss aċċettabbli bħala tajjeb għalbiex jiġi sseparat u ttrattat biex isir ilma tax-xorb;
(ċ)
“komponent tan-nitroġenu”: ifisser kull sustanza li fiha jkun jinsab in-nitroġenu minbarra n-nitroġenu molekulari fil-għamla ta’ gass;
(d)
“bhejjem”: ifissru l-bhejjem/annimali kollha miżmuma għall-użu jew għall-profitt;
(e)
“fertilizzant”: ifisser kull sustanza li jkun fiha komponent tan-nitrogenu jew komponenti tan-nitrogenu utilizzati fir-raba għalbiex jgħinu t-tkabbir tal-pjanti u s-siġar; jista’ jkun fih id-demel ta’ l-annimali, il-fdalijiet mill-farms tal-ħut u l-ħama tad-drenaġġ;
(f)
“fertilizzant kimiku”: ifisser kull ferilizzant li jiġi fabbrikat bi proċess industrijali;
(g)
“demel tal-bhejjem”: ifisser il-prodotti ta’ l-iskart tal-ħmieġ ta’ l-intestini tal-bhejjem/annimali jew taħlita tat-tiben ta’ taħt il-bhejjem/annimali u prodotti ta’ l-iskart tal-ħmieġ ta’ l-intestini tal-bhejjem/annimali, saħansitra jekk fil-għamla pproċessata;
(h)
“applikazzjoni fuq l-art”: tfisser iż-żieda ta’ materjali mal-ħamrija sewwa bit-tixrid fuq il-wiċċ, sewwa bit-tidħil ġewwa l-ħamrija, sewwa bit-tqegħid taħt il-wiċċ u sewwa bit-taħlit mas-saffi tal-wiċċ;
(i)
“ewtrofikazzjoni”: tfisser il-għoti tas-sinjurija lill-ilma bil-komponenti tan-nitroġenu, li jwassal għat-tkabbir imgħaġġel ta’ l-alka u għamliet ogħla tal-ħajja tal-pjanti hekk li jipproduċu disturbanza mhix mixtieqa fil-bilanċ ta’ l-organiżmi li jinsabu fl-ilma u fil-kwalità ta’ l-ilma interessat;
(j)
“tniġġis”: ifisser l-iskarigu, b’mod dirett jew indirett, tal-komponenti tan-nitroġenu minn sorsi agrikoli fl-ambjent akwatiku, li r-riżultati tiegħu huma hekk illi jikkaġunaw perikli għall-ħajja tal-bniedem, ħsara għar-riżorsi ħajjin u għall-ekosistemi ta’ l-ilma, ħsara għall-amenitajiet jew interferenza fuq l-użi l-oħra leġittimi ta’ l-ilma;
(k)
“żona vulnerabbli”: tfisser żona ta’ art deskritta skond l-Artikolu 3(2).
|
|
Artikolu 3
|
|
|
Artikolu 4
|
|
|
Artikolu 5
|
|
|
Artikolu 6
|
|
|
Artikolu 7
|
Artikolu 7
Il-Kummissjoni tista' tfassal linji gwida għall-monitoraġġ imsemmi fl-Artikoli 5 u 6 skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 9(2).
|
|
Artikolu 8
|
Artikolu 8
Il-Kummissjoni tista' tadatta l-Annessi ma' din id-Direttiva għall-progress xjentifiku u tekniku.
Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 9(3).
|
|
Artikolu 9
|
|
|
Artikolu 10
|
|
|
Artikolu 11
|
Artikolu 11
Fuq il-bażi tat-tagħrif riċevut skond l-Artikolu 10, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapporti fil-qosor fi żmien sitt xhur minn meta jaslulha r-rapporti mill-Istati Membri u għandha tikkomunikahom lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Fid-dawl ta’ l-implimentazzjoni tad-Direttiva, u b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness III, il-Kummissjoni għandha tagħti lill-Kunsill sa l-1 ta’ Jannar 1998 rapport akkumpanjat meta jixraq bi proposti għal reviżjoni ta’ din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 12
|
|
|
Artikolu 13
|
Artikolu 13
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
|
|
ANNEX I CRITERIA FOR IDENTIFYING WATERS REFERRED TO IN ARTICLE 3 (1)
|
ANNEX I
CRITERIA FOR IDENTIFYING WATERS REFERRED TO IN ARTICLE 3 (1)
|
A.
|
Waters referred to in Article 3 (1) shall be identified making use, inter alia, of the following criteria:
1.
whether surface freshwaters, in particular those used or intended for the abstraction of drinking water, contain or could contain, if action pursuant to Article 5 is not taken, more than the concentration of nitrates laid down in accordance with Directive 75/440/EEC;
2.
whether groundwaters contain more than 50 mg/l nitrates or could contain more than 50 mg/l nitrates if action pursuant to Article 5 is not taken;
3.
whether natural freshwater lakes, other freshwater bodies, estuaries, coastal waters and marine waters are found to be eutrophic or in the near future may become euthropic if action pursuant to Article 5 is not taken.
|
|
B.
|
In applying these criteria, Member States shall also take account of:
1.
the pyhsical and environmental characteristics of the waters and land;
2.
the current understanding of the behaviour of nitrogen compounds in the environment (water and soil);
3.
the current understanding of the impact of the action taken pursuant to Article 5.
|
|
|
ANNESS II IL-KODIĊI(JIET) TA’ PRATTIKA AGRIKOLA TAJBA
|
ANNESS II
IL-KODIĊI(JIET) TA’ PRATTIKA AGRIKOLA TAJBA
A.
Kodiċi jew kodiċijiet ta’ prattika agrikola tajba bil-mira li jitnaqqas it-tniġġis min-nitrati u jingħata kas tal-kondizzjonijiet fir-reġjuni differenti tal-Komunità għandu jkun fihom dispożizzjonijiet li jkopru l-intestaturi li ġejjin, sakemm ikunu rilevanti:
1.
il-perjodi taż-żmien meta l-applikazzjoni ta’ fertilizzant fir-raba tkun barra minn lokha;
2.
l-applikazzjoni ta’ fertilizzant fuq art b’xaqliba wieqfa ħafna;
3.
l-applikazzjoni ta’ fertilizzant fuq art mifqugħa bl-ilma, imgħarrqa, iffriżata jew miksija bil-borra;
4.
il-kondizzjonijiet sabiex jiġi applikat il-fertilizzant fir-raba’ qrib il-korsijiet ta’ ilma;
5.
il-kapaċità u l-kostruzzjoni tal-kontenituri li jaħżnu d-demel ta’ l-annimali, inklużi miżuri li jipprevjienu t-tniġġis ta’ ilma meta l-likwidi li jkun fihom id-demel tal-bhejjem tar-riezet u l-effluwenti mill-materjali tal-pjanti maħżuna bħall-għalf tal-ħaxix, jiskulaw jew inixxu fl-ilma ta’ taħt l-art u l-ilma tal-wiċċ;
6.
il-proċeduri sabiex jiġu applikati fir-raba, inklużi r-rata u l-uniformità tat-tferrix, kemm tal-fertilizzanti kimiċi u kemm tad-demel ta’ l-annimali, li żżomm it-telf tan-nutrijenti fl-ilma għal livell aċċettabbli.
B.
L-Istati Membri jistgħu ukoll jinkludu fil-kodiċj/jiet ta’ prattiċi agrikoli tajba l-intestaturi li ġejjin:
7.
il-ġestjoni ta’ l-użu ta’ l-art, inklużi s-sistemi tan-newba u l-proporzjon tad-daqs ta’ l-art mogħtija għall-prodotti li ma jitbiddlux skond kif għandhomu x’jaqsmu l-uċuh tar-raba maħdum kull sena;
8.
iż-żamma ta’ kwantità minima ta’ kisja ta’ ħaxix matul il-perjodi taż-żmien (tax-xita) li tixrob in-nitroġenu mill-ħamrija li li kieku xorta oħra kien jista’ jikkawża t-tniġġis minn-nitrat fl-ilma;
9.
kif jiġu stabbiliti l-pjani tal-għoti tal-ferilizzant fuq il-bażi ta’ għalqa b’għalqa u ż-żamma tar-reġistrazzjonijiet dwar l-użu tal-ferilizzant;
10.
il-prevenzjoni tat-tniġġiż ta’ l-ilma meta dan jiskula u meta l-moviment tiegħu jinżel iktar fil-fond mill-għeruq tal-wiċċ fis-sistemi tat-tisqija.
|
|
ANNESS III IL-MIŻURI LI GĦANDHOM JIĠU NKLUŻI FIL-PROGRAMMI TA’ AZZJONI SKOND L-ARTIKOLU 5(4)(a)
|
ANNESS III
IL-MIŻURI LI GĦANDHOM JIĠU NKLUŻI FIL-PROGRAMMI TA’ AZZJONI SKOND L-ARTIKOLU 5(4)(a)
1.
Il-miżuri għandhom jinkludu regoli li għandhom x’ jaqsmu ma’:
1.
il-perjodi taż-żmien meta l-applikazzjoni fir-raba ta’ ċerti tipi ta’ fertilizzanti hija projbita;
2.
il-kapaċità tal-kontenituri tal-ħażna tad-demel ta’ l-annimali; din il-kapaċità għandha taqbeż dik meħtieġa għall-ħażna matul l-itwal perjodu taż-żmien li matulu tkun ipprojbita l-applikazzjoni fir-raba fiz-zona vulnerabbli, għajr fejn jista’ jintwera lill-awtoritajiet kompetenti illi kull kwantità ta’ demel li taqbeż il-kapaċità attwali tal-ħażna tiġi disponuta b’manjiera li ma tikkawżax ħsara lill-ambjent;
3.
il-limitazzjoni ta’ l-applikazzjoni tal-fertilizzanti fir-raba, konsistenti mal-prattika agrikola tajba u li tqis il-karatteristiċi taż-żona vulnerabbli interessata, b’mod partikolari:
(a)
il-kondizzjonijiet tal-ħamrija, it-tip tal-ħamrija, u l-pendil;
(b)
il-kondizzjonijiet klimatiċi, ix-xita u t-tisqija;
(ċ)
l-użu ta’ l-art u l-prattiċi agrikoli, inklużi s-sistemi tan-newba;
u li jridu jkunu msejsai fuq bilanċ bejn:
(i)
il-ħtiġiet imbassra tan-nitroġenu ta’ l-uċuħ tar-raba’,
u
(ii)
il-forniment tan-nitroġenu lill-uċuh mill-ħamrija u mill-fertilizzant li jikkorrispondi għal:
—
l-ammont tan-nitroġenu li jkun jinsab fil-ħamrija fil-waqt meta l-prodott jibda jużah f’qies sinifikanti (f’ammonti konsiderevoli fit-tmiem tax-xitwa),
—
il-forniment tan-nitroġenu permezz tal-mineralizzazzjoni netta tar-riservi tan-nitroġenu organiku fil-ħamrija,
—
iż-żidiet tal-komposti tan-nitrogenu minn fertilizzanti kimiċi u oħrajn.
2.
Dawn il-miżuri jridu jiżguraw illi għal kull razzett jew unità ta’ bhima, l-ammmont tad-demel ta’ l-annimali applikat kull sena fuq l-art, inkluż dak mill-annimali nfushom, ma għandux jaqbeż ammont speċifiku għal kull ettaru.
L-ammont speċifikat għal kull ettaru għandu jkun l-ammont tad-demel li jkun fih 170 kg N. Madankollu:
(a)
għall-ewwel programm ta’ azzjoni ta’ erba’ snin l-Istati Membri jistgħu jippermettu ammont ta’ demel li jkun fih sa 210 kg N;
(b)
matul u wara l-ewwel programm ta’ azzjoni ta’ erba’ snin, l-Istati Membri jistgħu jiffissaw ammonti differenti minn dawk riferiti hawn fuq. Dawn l-ammonti jridu ikunu ffissati b’mod li ma jippreġudikawx il-miri speċifikati fl-Artikolu 1 u għandhom jiġu ġġustifikati fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi, per eżempju:
—
l-istaġuni ta’ tkabbir fit-tul,
—
l-uċuh tar-raba li jixorbu ħafna nitroġenu,
—
preċipitazzjoni għolja netta fiż-żona vulnerabbli,
—
ħamrija b’kapaċità eċċezzjonalment għolja ta’ denitrifikazzjoni.
▼M2
Jekk Stat Membru jippermetti ammont differenti taħt il-punt (b) tat-tieni subparagrafu, għandu jgħarraf lill-Kummissjoni li għandha teżamina l-ġustifikazzjoni skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 9(2);
▼M3
(c)
L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw, f’ammont li jaqbeż il-170 kg ta’ nitroġenu għal kull ettaru fis-sena kif stabbilit f’dan is-subparagrafu u sa limitu addizzjonali separat ta’ 80 kg ta’ nitroġenu għal kull ettaru fis-sena, l-użu ta’ ċerti materjali fertilizzanti mid-demel tal-bhejjem li jkun għadda mill-ipproċessar, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(i)
il-komponent tad-demel tal-bhejjem tal-materjal fertilizzanti jkun għadda minn proċess ta’ trattament li jżid il-konċentrazzjoni tan-nitroġenu f’forma minerali, f’nitroġenu tal-urea jew f’nitroġenu magħqud fi kristalli, espressa bħala perċentwal skont il-piż tan-nitroġenu totali meta mqabbel mal-input għall-proċess tat-trattament, li jirriżulta fi kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
(1)
melħ tal-ammonijaka (melħ tal-purifikazzjoni), li jirriżulta minn proċess ta’ purifikazzjoni tal-gassijiet jew ta’ kontroll tal-emissjonijiet iddiżinjat biex ineħħi l-ammonijaka mill-effluwenti gassużi;
(2)
konċentrat ta’ minerali miksub permezz ta’ osmosi inversa;
(3)
melħ tal-fosfat rikk fin-nitroġenu (struvit), preċipitat mid-demel tal-bhejjem;
(ii)
il-materjali fertilizzanti jkunu ta’ kwalità konsistenti fil-lottijiet kollha u jkollhom proporzjon ta’ nitroġenu minerali man-nitroġenu totali ta’ mill-inqas 90 % jew proporzjon ta’ karbonju marbut organikament man-nitroġenu totali ta’ mhux aktar minn tlieta, u fiż-żewġ każijiet jiġu aġġustati l-kalkoli għal kwalunkwe nitroġenu derivat minn materjali komponenti li ma joriġinawx mid-demel u li fihom aktar minn 3 % ta’ nitroġenu fuq bażi ta’ materja niexfa;
(iii)
il-materjali fertilizzanti ma jaqbżux il-limiti massimi li ġejjin:
—
ram (Cu): 300 mg kg-1 ta’ materja niexfa;
—
żingu (Zn): 800 mg kg-1 ta’ materja niexfa;
(iv)
il-patoġeni fil-materjali fertilizzanti li fihom aktar minn 1 % ta’ karbonju organiku ma jaqbżux il-limiti massimi li ġejjin:
|
Mikroorganiżmi li għandhom jiġu ttestjati
|
Pjanijiet tat-teħid tal-kampjuni
|
Limitu
|
|
n
|
c
|
m
|
M
|
|
Salmonella spp.
|
5
|
0
|
0
|
Nuqqas f’25 g jew 25 ml
|
|
Escherichia coli jew enterococci
|
5
|
5
|
0
|
1 000 f’1 g jew 1 ml
|
|
Meta:
n = l-għadd ta’ kampjuni għall-ittestjar;
c = l-għadd ta’ kampjuni meta l-għadd ta’ batterji espress f’unitajiet li jifformaw kolonji (CFU, colony forming units) ikun bejn m u M,
m = il-valur limitu għall-għadd ta’ batterji espress f’CFU li jitqies sodisfaċenti,
M = il-valur massimu tal-għadd ta’ batterji espress f’CFU.
|
(v)
l-Istati Membri jimplimentaw standards stretti tal-kwalità biex jiżguraw kontenut konsistenti tan-nutrijenti fil-materjali fertilizzanti fil-lottijiet tal-produzzjoni kollha f’konformità mal-kriterji stabbiliti fil-punt (ii);
(vi)
l-Istati Membri jiżguraw li l-materjal fertilizzanti jkun akkumpanjat minn dokumentazzjoni li jkun fiha informazzjoni dwar il-kontenut tan-nitroġenu (N) u tal-fosfati (P2O5) meta l-konċentrazzjoni ta’ kwalunkwe wieħed minn dawk l-elementi taqbeż il-1 % tal-materja niexfa, b’devjazzjoni massima ta’ 25 % mill-valur iddikjarat;
(vii)
l-Istati Membri jiżguraw li l-popolazzjoni tal-bhejjem u l-produzzjoni tad-demel ma jiżdidux b’riżultat tal-applikazzjoni ta’ dan il-punt, (i) fil-livell nazzjonali meta l-kontenut tan-nitroġenu tal-produzzjoni nazzjonali annwali totali tad-demel għal kull ettaru ta’ erja agrikola utilizzata (EAU) jaqbeż il-75 % tal-limitu ta’ 170 kg N għal kull ettaru stabbilit f’dan is-subparagrafu, u (ii) fil-livell tal-unitajiet territorjali NUTS 2 fejn tingħata l-awtorizzazzjoni, meta l-kontenut tan-nitroġenu tal-produzzjoni annwali totali tad-demel għal kull ettaru ta’ EAU f’dawn l-unitajiet territorjali jaqbeż il-75 % tal-limitu ta’ 170 kg N għal kull ettaru stabbilit f’dan is-subparagrafu;
(viii)
l-Istati Membri jissikkaw il-limitazzjonijiet fuq l-applikazzjoni fuq l-art tal-fertilizzanti (rati ta’ fertilizzazzjoni), stabbiliti fil-punt 1, il-paragrafu 3 ta’ dan l-Anness, biex iqisu r-riskji akbar tat-telf ta’ nitroġenu fl-ilma u fl-arja li jirriżultaw mill-użu ta’ materjali fertilizzanti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (i) sa (iv) ta’ dan il-punt, filwaqt li japplikaw koeffiċjent ta’ ekwivalenza tal-fertilizzanti minerali ta’ 1 għal materjali bħal dawn. L-Istati Membri jiżguraw kemm jista’ jkun li tinżamm il-kopertura tal-pjanti ħajjin jew ta’ miżuri ekwivalenti fuq l-art fejn jiġu applikati materjali fertilizzanti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet fil-punti (i) sa (iv) ta’ dan il-punt; L-Istati Membri jiżguraw li, meta jkun rilevanti għall-prevenzjoni tat-telf tal-ammonijaka mill-ħamrija agrikola, jittieħdu prekawzjonijiet xierqa matul l-applikazzjoni fuq l-art tal-materjali fertilizzanti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet fil-punti (i) sa (iv) ta’ dan il-punt, b’mod partikolari, permezz tal-injettar, l-inkorporazzjoni immedjata ta’ materjali applikati fuq is-superfiċje, jew miżuri ekwivalenti.
(ix)
L-Istati Membri jieħdu miżuri biex jipprevjenu sa fejn ikun possibbli l-emissjonijiet, inklużi l-emissjonijiet fl-arja, li jirriżultaw mill-ħżin ta’ materjali fertilizzanti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet fil-punti (i) sa (iv) billi jiddefinixxu kundizzjonijiet u rekwiżiti xierqa ta’ ħżin għal materjali bħal dawn;
(x)
L-Istati Membri jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-użu ta’ materjali fertilizzanti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (i) sa (iv) ta’ dan il-punt ma jippreġudikax il-kisba tal-objettivi ta’ din id-Direttiva, tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (
3
) u tad-Direttivi 2000/60/KE (
4
), (UE) 2016/2284 (
5
), (UE) 2020/2184 (
6
) u 2008/50/KE (
7
) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sa fejn il-miżuri tal-programm ta’ azzjoni jkunu rilevanti għal dawk id-Direttivi. L-Istati Membri jieħdu miżuri biex jipprevjenu effetti negattivi fiż-żoni ta’ Natura 2000 u madwarhom, u fil-viċinanza taż-żoni tal-estrazzjoni tal-ilma tax-xorb, f’konformità mad-Direttiva 92/43/KEE u d-Direttiva (UE) 2020/2184, rispettivament.
Meta l-Istati Membri japplikaw dan il-punt tat-tieni subparagrafu huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dan. Barra minn hekk, bħala parti mir-rapport imsemmi fl-Artikolu 10, huma għandhom jirrapportaw dwar l-applikazzjoni tiegħu, inkluża data annwali dwar l-ammont ta’ materjali prodotti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (i) sa (iv) ta’ dan il-punt u dwar id-densità tal-bhejjem u l-produzzjoni tad-demel fil-livell nazzjonali u fil-livell tal-unitajiet territorjali NUTS 2 kif stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
8
).
▼B
3.
L-Istati Membri jistgħu jikkalkolaw l-ammonti msemmija fil-paragrafu 2 fuq il-bażi tan-numri ta’ l-annmali.
4.
L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-mod kif ikunu qegħdin japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2. Fid-dawl tat-tagħrif li tirċievi, il-Kummissjoni tista’, jekk tqis meħtieġ, tagħmel proposti xierqa lill-Kunsill skond l-Artikolu 11.
|
|
ANNESS IV IL-METODI TA' REFERENZA GĦALL-KEJL
|
ANNESS IV
IL-METODI TA' REFERENZA GĦALL-KEJL
Il-fertilizzant kimiku
Il-komposti tan- nitroġenu għandhom jitkejlu billi jintuża l-metodu deskritt fid-Direttiva tal-Kummissjoni 7/535/KEE tat-22 ta' Ġunju 1977 dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-metodi tat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi tal-fertilizzanti (
9
), kif emendata bid-Direttiva 89/519/KEE (
10
).
L-ilma ħelu, l-ilma kostali u l-ilma baħar
Il-konċentrazzjoni tan-nitrat għandha tkun imkejla skond l-Artikolu 4a (3) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 77/795/KEE tat-12 ta' Diċembru 1977 li tistabbilixxi proċedura komuni għall-iskambju tat-tagħrif dwar il-kwalità ta' l-ilma ħelu tal-wiċċ fil-Komunità (
11
), kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 86/574/KEE (
12
).
|
|
ANNESS V IT-TAGĦRIF LI JRID IKUN JINSAB FIR-RAPPORTI MSEMMIJA F’L-ARTIKOLU 10
|
ANNESS V
IT-TAGĦRIF LI JRID IKUN JINSAB FIR-RAPPORTI MSEMMIJA F’L-ARTIKOLU 10
1.
Prospett ta’ l-azzjoni preventiva meħuda skond l-Artikolu 4.
2.
Mappa li turi dan li ġej:
(a)
l-ilmijiet identifikati skond l-Artikolu 3(1) u l-Anness I li tindika għal kull tip ta’ ilma liema mill-kriterji f’l-Anness I kien użat għall-iskop ta’ l-identifikazzjoni;
(b)
il-lokazzjoni taż-żoni meqjusa vulnerabbli, bid-distinzjoni bejn żoni eżistenti u żoni nominati mir-rapport ta’ qabel.
3.
Sommarju tar-riżultati tal-monitoraġġ miksub skond l-Artikolu 6, inkluż prospett tal-konsiderazzjonijiet li wasslu għan-nomina ta’ kull żona vulnerabbli u ta’ kull reviżjoni tan-nomini taż-żoni vulnerabbli jew żieda magħhom.
4.
Sommarju tal-programmi ta’ azzjoni imfassla skond l-Artikolu 5 u, b’mod partikolari:
(a)
il-miżuri meħtieġa skond l-Artikolu 5(4)(a) u (b);
(b)
it-tagħrif mitlub minn l-Anness III (4);
(ċ)
kull miżura addizzjonali jew azzjonijiet imsaħħa meħuda skond l-Artikolu 5(5);
(d)
sommarju tar-riżultati tal-programmi ta’ monitoraġġ imħaddma skond l-Artikolu 5(6);
(e)
is-suppożizzjonijiet magħmula mill-Istati Membri dwar iż-żmien li fih l-ilmijiet identifikati skond l-Artikolu 3(1) ikunu x’aktarx mistennija jwieġbu għall-miżura fil-programm ta’ azzjoni, flimkien ma’ indikazzjoni tal-livell ta’ inċertezza imdaħħla f’dawn is-suppożizzjonijiet.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:31991L0676
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|