|
+ANNESS III IL-MIŻURI LI GĦANDHOM JIĠU NKLUŻI FIL-PROGRAMMI TA’ AZZJONI SKOND L-ARTIKOLU 5(4)(a) |
ANNESS III IL-MIŻURI LI GĦANDHOM JIĠU NKLUŻI FIL-PROGRAMMI TA’ AZZJONI SKOND L-ARTIKOLU 5(4)(a)
ANNESS III IL-MIŻURI LI GĦANDHOM JIĠU NKLUŻI FIL-PROGRAMMI TA’ AZZJONI SKOND L-ARTIKOLU 5(4)(a)
1.
Il-miżuri għandhom jinkludu regoli li għandhom x’ jaqsmu ma’:
1.
il-perjodi taż-żmien meta l-applikazzjoni fir-raba ta’ ċerti tipi ta’ fertilizzanti hija projbita;
2.
il-kapaċità tal-kontenituri tal-ħażna tad-demel ta’ l-annimali; din il-kapaċità għandha taqbeż dik meħtieġa għall-ħażna matul l-itwal perjodu taż-żmien li matulu tkun ipprojbita l-applikazzjoni fir-raba fiz-zona vulnerabbli, għajr fejn jista’ jintwera lill-awtoritajiet kompetenti illi kull kwantità ta’ demel li taqbeż il-kapaċità attwali tal-ħażna tiġi disponuta b’manjiera li ma tikkawżax ħsara lill-ambjent;
3.
il-limitazzjoni ta’ l-applikazzjoni tal-fertilizzanti fir-raba, konsistenti mal-prattika agrikola tajba u li tqis il-karatteristiċi taż-żona vulnerabbli interessata, b’mod partikolari:
(a)
il-kondizzjonijiet tal-ħamrija, it-tip tal-ħamrija, u l-pendil;
(b)
il-kondizzjonijiet klimatiċi, ix-xita u t-tisqija;
(ċ)
l-użu ta’ l-art u l-prattiċi agrikoli, inklużi s-sistemi tan-newba; u li jridu jkunu msejsai fuq bilanċ bejn:
(i)
il-ħtiġiet imbassra tan-nitroġenu ta’ l-uċuħ tar-raba’, u
(ii)
il-forniment tan-nitroġenu lill-uċuh mill-ħamrija u mill-fertilizzant li jikkorrispondi għal:
—
l-ammont tan-nitroġenu li jkun jinsab fil-ħamrija fil-waqt meta l-prodott jibda jużah f’qies sinifikanti (f’ammonti konsiderevoli fit-tmiem tax-xitwa),
—
il-forniment tan-nitroġenu permezz tal-mineralizzazzjoni netta tar-riservi tan-nitroġenu organiku fil-ħamrija,
—
iż-żidiet tal-komposti tan-nitrogenu minn fertilizzanti kimiċi u oħrajn.
2.
Dawn il-miżuri jridu jiżguraw illi għal kull razzett jew unità ta’ bhima, l-ammmont tad-demel ta’ l-annimali applikat kull sena fuq l-art, inkluż dak mill-annimali nfushom, ma għandux jaqbeż ammont speċifiku għal kull ettaru. L-ammont speċifikat għal kull ettaru għandu jkun l-ammont tad-demel li jkun fih 170 kg N. Madankollu:
(a)
għall-ewwel programm ta’ azzjoni ta’ erba’ snin l-Istati Membri jistgħu jippermettu ammont ta’ demel li jkun fih sa 210 kg N;
(b)
matul u wara l-ewwel programm ta’ azzjoni ta’ erba’ snin, l-Istati Membri jistgħu jiffissaw ammonti differenti minn dawk riferiti hawn fuq. Dawn l-ammonti jridu ikunu ffissati b’mod li ma jippreġudikawx il-miri speċifikati fl-Artikolu 1 u għandhom jiġu ġġustifikati fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi, per eżempju:
—
l-istaġuni ta’ tkabbir fit-tul,
—
l-uċuh tar-raba li jixorbu ħafna nitroġenu,
—
preċipitazzjoni għolja netta fiż-żona vulnerabbli,
—
ħamrija b’kapaċità eċċezzjonalment għolja ta’ denitrifikazzjoni.
Jekk Stat Membru jippermetti ammont differenti taħt il-punt (b) tat-tieni subparagrafu, għandu jgħarraf lill-Kummissjoni li għandha teżamina l-ġustifikazzjoni skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 9(2);
(c)
L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw, f’ammont li jaqbeż il-170 kg ta’ nitroġenu għal kull ettaru fis-sena kif stabbilit f’dan is-subparagrafu u sa limitu addizzjonali separat ta’ 80 kg ta’ nitroġenu għal kull ettaru fis-sena, l-użu ta’ ċerti materjali fertilizzanti mid-demel tal-bhejjem li jkun għadda mill-ipproċessar, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(i)
il-komponent tad-demel tal-bhejjem tal-materjal fertilizzanti jkun għadda minn proċess ta’ trattament li jżid il-konċentrazzjoni tan-nitroġenu f’forma minerali, f’nitroġenu tal-urea jew f’nitroġenu magħqud fi kristalli, espressa bħala perċentwal skont il-piż tan-nitroġenu totali meta mqabbel mal-input għall-proċess tat-trattament, li jirriżulta fi kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
(1)
melħ tal-ammonijaka (melħ tal-purifikazzjoni), li jirriżulta minn proċess ta’ purifikazzjoni tal-gassijiet jew ta’ kontroll tal-emissjonijiet iddiżinjat biex ineħħi l-ammonijaka mill-effluwenti gassużi;
(2)
konċentrat ta’ minerali miksub permezz ta’ osmosi inversa;
(3)
melħ tal-fosfat rikk fin-nitroġenu (struvit), preċipitat mid-demel tal-bhejjem;
(ii)
il-materjali fertilizzanti jkunu ta’ kwalità konsistenti fil-lottijiet kollha u jkollhom proporzjon ta’ nitroġenu minerali man-nitroġenu totali ta’ mill-inqas 90 % jew proporzjon ta’ karbonju marbut organikament man-nitroġenu totali ta’ mhux aktar minn tlieta, u fiż-żewġ każijiet jiġu aġġustati l-kalkoli għal kwalunkwe nitroġenu derivat minn materjali komponenti li ma joriġinawx mid-demel u li fihom aktar minn 3 % ta’ nitroġenu fuq bażi ta’ materja niexfa;
(iii)
il-materjali fertilizzanti ma jaqbżux il-limiti massimi li ġejjin:
—
ram (Cu): 300 mg kg-1 ta’ materja niexfa;
—
żingu (Zn): 800 mg kg-1 ta’ materja niexfa;
(iv)
il-patoġeni fil-materjali fertilizzanti li fihom aktar minn 1 % ta’ karbonju organiku ma jaqbżux il-limiti massimi li ġejjin:
(v)
l-Istati Membri jimplimentaw standards stretti tal-kwalità biex jiżguraw kontenut konsistenti tan-nutrijenti fil-materjali fertilizzanti fil-lottijiet tal-produzzjoni kollha f’konformità mal-kriterji stabbiliti fil-punt (ii);
(vi)
l-Istati Membri jiżguraw li l-materjal fertilizzanti jkun akkumpanjat minn dokumentazzjoni li jkun fiha informazzjoni dwar il-kontenut tan-nitroġenu (N) u tal-fosfati (P2O5) meta l-konċentrazzjoni ta’ kwalunkwe wieħed minn dawk l-elementi taqbeż il-1 % tal-materja niexfa, b’devjazzjoni massima ta’ 25 % mill-valur iddikjarat;
(vii)
l-Istati Membri jiżguraw li l-popolazzjoni tal-bhejjem u l-produzzjoni tad-demel ma jiżdidux b’riżultat tal-applikazzjoni ta’ dan il-punt, (i) fil-livell nazzjonali meta l-kontenut tan-nitroġenu tal-produzzjoni nazzjonali annwali totali tad-demel għal kull ettaru ta’ erja agrikola utilizzata (EAU) jaqbeż il-75 % tal-limitu ta’ 170 kg N għal kull ettaru stabbilit f’dan is-subparagrafu, u (ii) fil-livell tal-unitajiet territorjali NUTS 2 fejn tingħata l-awtorizzazzjoni, meta l-kontenut tan-nitroġenu tal-produzzjoni annwali totali tad-demel għal kull ettaru ta’ EAU f’dawn l-unitajiet territorjali jaqbeż il-75 % tal-limitu ta’ 170 kg N għal kull ettaru stabbilit f’dan is-subparagrafu;
(viii)
l-Istati Membri jissikkaw il-limitazzjonijiet fuq l-applikazzjoni fuq l-art tal-fertilizzanti (rati ta’ fertilizzazzjoni), stabbiliti fil-punt 1, il-paragrafu 3 ta’ dan l-Anness, biex iqisu r-riskji akbar tat-telf ta’ nitroġenu fl-ilma u fl-arja li jirriżultaw mill-użu ta’ materjali fertilizzanti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (i) sa (iv) ta’ dan il-punt, filwaqt li japplikaw koeffiċjent ta’ ekwivalenza tal-fertilizzanti minerali ta’ 1 għal materjali bħal dawn. L-Istati Membri jiżguraw kemm jista’ jkun li tinżamm il-kopertura tal-pjanti ħajjin jew ta’ miżuri ekwivalenti fuq l-art fejn jiġu applikati materjali fertilizzanti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet fil-punti (i) sa (iv) ta’ dan il-punt; L-Istati Membri jiżguraw li, meta jkun rilevanti għall-prevenzjoni tat-telf tal-ammonijaka mill-ħamrija agrikola, jittieħdu prekawzjonijiet xierqa matul l-applikazzjoni fuq l-art tal-materjali fertilizzanti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet fil-punti (i) sa (iv) ta’ dan il-punt, b’mod partikolari, permezz tal-injettar, l-inkorporazzjoni immedjata ta’ materjali applikati fuq is-superfiċje, jew miżuri ekwivalenti.
(ix)
L-Istati Membri jieħdu miżuri biex jipprevjenu sa fejn ikun possibbli l-emissjonijiet, inklużi l-emissjonijiet fl-arja, li jirriżultaw mill-ħżin ta’ materjali fertilizzanti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet fil-punti (i) sa (iv) billi jiddefinixxu kundizzjonijiet u rekwiżiti xierqa ta’ ħżin għal materjali bħal dawn;
(x)
L-Istati Membri jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-użu ta’ materjali fertilizzanti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (i) sa (iv) ta’ dan il-punt ma jippreġudikax il-kisba tal-objettivi ta’ din id-Direttiva, tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE ( 3 ) u tad-Direttivi 2000/60/KE ( 4 ), (UE) 2016/2284 ( 5 ), (UE) 2020/2184 ( 6 ) u 2008/50/KE ( 7 ) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sa fejn il-miżuri tal-programm ta’ azzjoni jkunu rilevanti għal dawk id-Direttivi. L-Istati Membri jieħdu miżuri biex jipprevjenu effetti negattivi fiż-żoni ta’ Natura 2000 u madwarhom, u fil-viċinanza taż-żoni tal-estrazzjoni tal-ilma tax-xorb, f’konformità mad-Direttiva 92/43/KEE u d-Direttiva (UE) 2020/2184, rispettivament. Meta l-Istati Membri japplikaw dan il-punt tat-tieni subparagrafu huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dan. Barra minn hekk, bħala parti mir-rapport imsemmi fl-Artikolu 10, huma għandhom jirrapportaw dwar l-applikazzjoni tiegħu, inkluża data annwali dwar l-ammont ta’ materjali prodotti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (i) sa (iv) ta’ dan il-punt u dwar id-densità tal-bhejjem u l-produzzjoni tad-demel fil-livell nazzjonali u fil-livell tal-unitajiet territorjali NUTS 2 kif stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ).
3.
L-Istati Membri jistgħu jikkalkolaw l-ammonti msemmija fil-paragrafu 2 fuq il-bażi tan-numri ta’ l-annmali.
4.
L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-mod kif ikunu qegħdin japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2. Fid-dawl tat-tagħrif li tirċievi, il-Kummissjoni tista’, jekk tqis meħtieġ, tagħmel proposti xierqa lill-Kunsill skond l-Artikolu 11. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|
||||||||||||||||||||||||||||||